Language of document : ECLI:EU:T:2008:548





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2008 – RSA Security Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/07)

“Rikors għal annullament – Tariffa Doganali Komuni – Għoti ta’ informazzjoni li torbot dwar it-tariffa – Kompetenza tal-awtoritajiet doganali nazzjonali – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 12(1)) (ara l-punti 48-56, 64)

Suġġett

Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni allegatament meħuda mill-Kummissjoni u kkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tal-Irish Revenue Commissioners (awtoritajiet fiskali u doganali Irlandiżi) tat-30 ta’ Marzu 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti taħt intestatura speċifika tan-Nomenklatura Magħquda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli.

2)

RSA Security Ireland Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.