Language of document : ECLI:EU:T:2008:450





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2008 – BOT Elektrownia Bełchatów et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-208/07)

“Rikors għal annullament – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni għall-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet – Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta’ emissjonijiet – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Kriterji (Artikoli 175 KE, 176 KE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9 u 11) (ara l-punti 28-55)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1295 Finali, tas-26 ta’ Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

BOT Elektrownia Bełchatów S.A., BOT Elektrownia Turów S.A., BOT Elektrownia Opole S.A., Elektrownia “Kozienice” S.A., Elektrownia Połaniec S.A. – Grupa Electrabel Polska; Elektrownia “Rybnik” S.A.; Elektrownia Skawina S.A.; Elektrownia “Stalowa Wola” S.A.; Południowy Koncern Energetyczny S.A.; Zespół Elektrowni Dolna Odra S.A. ; Zespół Elektrowni Ostrołęka S.A.; u Zespół Elektrowni Pątnów-Adamów-Konin S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

3)

Elektrociepłownia “Będzin” S.A., Zespół Elektrociepłowni Bydgoszcz S.A., Zespół Elektrociepłowni Bytom S.A.,; Elektrociepłownia Białystok S.A., Elektrociepłownia “Gorzów S.A.”, Elektrociepłownia Kalisz-Piwonice S.A., Elektrociepłownia “Kraków” S.A., Dalkia Łódź S.A., Dalkia Poznań Zespół Elektrociepłowni S.A., Elektrociepłownia Tychy S.A., Zespół Elektrociepłowni Wrocławskich Kogeneracja S.A., Elektrociepłownie Wybrzeże S.A., Elektrociepłownia Zabrze S.A. u Elektrociepłownia “Zielona Góra” S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.