Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2023 mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fis-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-578/22, Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża C-698/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: T. Zerdick, A. Buchta, F. Coudert u D. Nardi, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat;

tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat mill-KEPD għall-annullament tal-Artikolu 74a u 74b tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI 1 , kif emendat mir-Regolament (EU) 2022/991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni2 ; u

tikkundanna lil Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravju.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali, billi ddikjarat inammissibbili r-rikors għal annullament ta’ KEDP, u b’mod partikolari billi kkonstatat li d-deċiżjoni fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Mejju 1990 (C-70/88, EU:C:1990:217) ma tistax tiġi applikata b’analoġija sabiex jiġi stabbilit jekk il-KEDP jistax jippreżenta rikors għal annullament ex Artikolu 263 TFUE kontra d-dispożizzjonijiet kkontestati, wettqet żball billi interpretat il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali għad-detriment tal-prerogattiv ta’ indipendenza tal-KEDP, u caħditu mill-azzjoni ġudizzjarja meħtieġa sabiex jinforza dan il-prinċipju.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma qisitx lil KEDP bħala direttament u individwalment ikkonċernat mid-dispożizzjonijiet kkontestati, u b’dan il-mod ċaħditu milli jkun jista’ jippreżenta rikors għal annullament skont il-kundizzjonijiet tat-tieni parti tal-Artikolu 263(4) TFUE.

____________

1 ĠU 2016 L 135, p. 53.

1 ĠU 2022 L 169, p. 1.