Language of document : ECLI:EU:C:2024:159

Edizzjoni Provviżorja

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

EMILIOU

ippreżentati fit‑22 ta’ Frar 2024 (1)

Kawża C339/22

BSH Hausgeräte GmbH

vs

Electrolux AB

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (il-Qorti tal-Appell ta’ Svea, Stokkolma, l-Isvezja))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni esklużiva – Proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-validità ta’ privattivi – Artikolu 24(4) – Portata – Proċedimenti ta’ ksur – Invalidità tal-privattivi allegatament miksura mqajma permezz ta’ eċċezzjoni – Konsegwenzi fuq il-ġurisdizzjoni tal-qorti invokata bil-proċedimenti ta’ ksur – Privattiva rreġistrata fi Stat terz – “Effett riflessiv” tal-Artikolu 24(4))






I.      Introduzzjoni

1.        Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt (il-Qorti tal-Appell ta’ Svea, Stokkolma, l-Isvezja) tikkonċerna l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2).

2.        Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob kjarifika, l-ewwel, dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, taħt dan ir-regolament, sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ksur ta’ privattivi rreġistrati fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari fejn il-validità tal-privattivi allegatament miksura tkun ikkontestata mill-parti opposta. Kif ser nispjega f’dawn il-konklużjonijiet, teżisti inċertezza sinjifikattiva madwar din id-domanda b’riżultat, b’mod notevoli, ta’ deċiżjoni ambigwa mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, żmien twil ilu, jiġifieri s-sentenza GAT (3). Dan ir-rinviju jagħti l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonferma waħda minn diversi interpretazzjonijiet possibbli li jistgħu jsiru ta’ dik id-deċiżjoni.

3.        It-tieni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna tiċċara jekk il-qrati tal-Istati Membri għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-validità ta’ privattivi rreġistrati fi Stati terzi. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha tindirizza l-kwistjoni delikata u li ilha ħafna teżisti dwar jekk ċerti regoli tar-Regolament Brussell I bis għandhomx “effett riflessiv”, jiġifieri jekk japplikawx għal sitwazzjonijiet “esterni” bl-istess mod (jew b’mod simili) kif japplikaw għal kunflitti ta’ ġurisdizzjoni “intra-UE”.

II.    Ilkuntest ġuridiku

A.      Iddritt internazzjonali

4.        Il-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej, li ġiet iffirmata fi Munich (il-Ġermanja) fil‑5 ta’ Ottubru 1973 u li daħlet fis-seħħ fis‑7 ta’ Ottubru 1977, fil-verżjoni applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“KEP”), tistabbilixxi, kif imsemmi fl-Artikolu 1, “sistema ta’ liġi, komuni għall-Istati Kontraenti, għall-għoti ta’ privattivi għall-invenzjoni”.

5.        L-Artikolu 2(2) tal-KEP jipprovdi li “[l]-privattiva Ewropea, f’kull wieħed mill-Istati kontraenti li għalihom tingħata, għandu jkollha l-effett ta’ privattiva nazzjonali mogħtija minn dak l-Istat u tkun suġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħalhom […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

B.      IrRegolament Brussell I bis  

6.        L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis jgħid li “[s]oġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru”.

7.        L-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Ġurisdizzjoni esklużiva” jipprovdi, fil-paragrafu 4 tiegħu:

“Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:

[…]

(4)      fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ privattivi […], indipendentement minn jekk il-kwistjoni titqajjem permezz ta’ azzjoni jew permezz ta’ eċċezzjoni, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għad-depożitu jew ir-reġistrazzjoni [jew] tkun seħħet [...]

Mingħajr preġudizzju għal l-ġurisdizzjoni tal-Uffiċju Ewropew tal-Privattivi skont [il-KEP], il-qrati ta’ kull Stat Membru għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni esklużiva fi proċedimenti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ xi privattiv Ewropew mogħti għal dak l-Istat Membru”.

C.      Il-Liġi Svediża

8.        It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 61 tal-Patentlagen (1967:837) (il-Liġi dwar il-Privattivi) jipprovdi li “[j]ekk titressaq azzjoni dwar ksur ta’ privattivi u l-persuna li kontriha titressaq l-azzjoni tallega li l-privattiva hija invalida, il-kwistjoni ta’ invalidità tista’ tiġi kkunsidrata biss wara li tkun tressqet azzjoni f’dan is-sens. Il-qorti għandha tordna lill-parti li tallega li l-privattiva hija invalida sabiex tressaq tali azzjoni f’perijodu speċifiku”.

III. Ilfatti, ilproċeduri nazzjonali, iddomandi magħmula u lproċedura quddiem ilQorti talĠustizzja

9.        BSH Hausgeräte GmbH (iktar ’il quddiem “BSH”) hija d-detentur tal-privattiva Ewropea EP 1 434 512, li tipproteġi invenzjoni relatata mal-vacuum cleaners mogħtija għal, (u għalhekk ivvalidata) fl-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja, l-Isvezja, it-Turkija u r-Renju Unit.

10.      Fit‑3 ta’ Frar 2020, BSH ressqet azzjoni kontra Aktiebolaget Electrolux (iktar ’il quddiem “Electrolux”), kumpannija rreġistrata l-Isvezja, quddiem il-Patent- och marknadsdomstolen (il-Qorti għall-Proprjetà Intellettwali u għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Isvezja). Din l-azzjoni hija bbażata fuq il-ksur allegat ta’ EP 1 434 512 minn Electrolux fid-diversi Stati li għalihom kienet ingħatat. F’dan il-kuntest, BSH titlob, inter alia, ordni li tipprojbixxi lil Electrolux milli tkompli tuża l-invenzjoni bi privattiva f’dawn l-Istati kollha u danni għall-ħsara kkawżata minn dan l-użu illegali.

11.      Fir-risposta tagħha, Electrolux ikkonstatat li l-Patent- och marknadsdomstolen (il-Qorti għall-Proprjetà Intellettwali u għall-Affarijiet Ekonomiċi) għandha tiċħad din l-azzjoni sal-punt li jikkonċerna l-parti tal-EP 1 434 512 Awstrijaka, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Olandiża u Spanjola, Torka u tar-Renju Unit (“il-privattivi barranin”). F’dan ir-rigward, Electrolux invokat, inter alia, l-invalidità tal-privattivi barranin.

12.      Barra minn hekk, Electrolux sostniet li, fid-dawl ta’ din ir-risposta, il-qrati Svediżi ma kellhom l-ebda ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni u jiddeċiedu dwar proċedimenti ta’ ksur sa fejn ikollhom x’jaqsmu mal-privattivi barranin. F’dan ir-rigward, il-proċedimenti ta’ ksur għandhom jitqiesu bħala “li għandhom x’jaqsmu mal-validità tal-privattivi” fis-sens tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis u, skont din id-dispożizzjoni, il-qrati tal-Istati Membri differenti fejn dawn il-privattivi ġew ivvalidati huma esklużivament kompetenti sabiex jieħdu konjizzjoni tal-każ sa fejn ikollu x’jaqsam ma’ privattiva tagħhom.

13.      B’risposta għal dan, BSH sostniet li l-qrati Svediżi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis, peress li Electrolux hija ddomiċiljata fl-Isvezja. L-Artikolu 24(4) tiegħu ma huwiex applikabbli, peress li l-azzjoni mressqa minn BSH, fiha nnifisha, ma għandhiex “x’taqsam mal-validità tal-privattivi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, skont it-tieni subparagrafu tal-Paragrafu 61 tal-Patentlagen, meta l-konvenut jiddikjara, f’tali proċedimenti ta’ ksur, li l-privattiva hija invalida, il-qorti invokata għandha tordna li dan jew din iressaq/tressaq azzjoni separata f’dan is-sens quddiem il-qrati kompetenti. F’dan il-każ, Electrolux għandha għalhekk tressaq proċedimenti separati ta’ invalidità quddiem il-qrati tal-Istati differenti li għalihom ingħataw il-privattivi barranin. B’mod parallel, il-Patent- och marknadsdomstolen (il-Qorti għall-Proprjetà Intellettwali u għall-Affarijiet Ekonomiċi) tista’ tiddetermina l-kwistjoni tal-ksur f’sentenza provviżorja u mbagħad tissospendi l-proċedimenti sakemm tingħata sentenza finali fil-proċedimenti ta’ invalidità. Finalment, fir-rigward tal-parti tal-EP 1 434 512 Torka, BSH sostniet li l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussels I bis, fi kwalunkwe każ, ma huwiex applikabbli għall-privattivi maħruġa minn Stati terzi u għalhekk ma jista’ jkollu ebda effett fuq il-ġurisdizzjoni tal-qrati Svediżi.

14.      Permezz ta’ deċiżjoni tal‑21 ta’ Diċembru 2020, il-Patent- och marknadsdomstolen (il-Qorti għall-Proprjetà Intellettwali u għall-Affarijiet Ekonomiċi) ċaħdet l-azzjoni fir-rigward tal-ksur tal-privattivi barranin. Filwaqt li, fil-mument tat-tressiq tal-proċedimenti, il-qrati Svediżi kellhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-azzjoni taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis, l-Artikolu 24(4) ta’ dan ir-regolament sar applikabbli meta Electrolux invokat l-invalidità ta’ dawk il-privattivi bħala eċċezzjoni. Skont din id-dispożizzjoni, il-qrati ta’ Stati oħra għandhom ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jeżaminaw il-kwistjoni tal-validità, u peress li din il-kwistjoni hija kruċjali għall-eżitu tal-azzjoni għal ksur imressqa minn BSH, il-qorti tar-rinviju ddikjarat li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti sa fejn għandhom x’jaqsmu l-privattivi barranin. Din il-qorti ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni wkoll fir-rigward tal-privattiva Torka, billi kkunsidrat li l-Artikolu 24(4) jesprimi prinċipju ta’ ġurisdizzjoni aċċettat internazzjonalment, skont liema huma biss il-qrati tal-Istat li ta privattiva li jistgħu jiddeċiedu l-validità tagħha.

15.      Sussegwentement, BSH ippreżentat appell kontra dik id-deċiżjoni quddiem is-Svea hovrätt (il-Qorti tal-Appell ta’ Svea, Stokkolma) fejn issostni li l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis ma japplikax għal azzjonijiet għal ksur ta’ privattivi. Madankollu, peress li Electrolux tinvoka l-invalidità bħala eċċezzjoni, il-ġurisdizzjoni hija mqassma: il-qrati Svediżi għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 4(1) sabiex jiddeċiedu dwar il-kwistjoni ta’ ksur, filwaqt li l-kwistjoni tal-validità għandha tiġi ddeterminata mill-qrati tal-Istati ta’ reġistrazzjoni taħt l-Artikolu 24(4). Il-qrati Svediżi huma kompetenti wkoll fir-rigward tal-privattiva Torka fuq il-bażi tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, il-ġurisdizzjoni tal-Istat fejn konvenut huwa ddomiċiljat hija prinċipju rrikonoxxut fid-dritt internazzjonali. Electrolux sostniet, min-naħa tagħha, li l-Artikolu 24(4) japplika għal proċedimenti ta’ ksur li fihom tiġi invokata l-invalidità bħala eċċezzjoni. Il-qrati Svediżi ma għandhom l-ebda ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti kollha kemm huma, peress li l-kwistjonijiet ta’ ksur u ta’ validità ma jistgħux jiġu separati.

16.      Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Svea hovrätt (il-Qorti tal-Appell ta’ Svea, Stokkolma) iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“1)      L-Artikolu 24(4) tar-[Regolament Brussell I bis] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-frażi ‘proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ privattivi [...] indipendentement minn jekk il-kwistjoni titqajjem permezz ta’ azzjoni jew permezz ta’ eċċezzjoni’ tfisser li qorti nazzjonali, li, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwima dwar ksur ta’ privattiva, ma għadx għandha ġurisdizzjoni tieħu konjizzjoni ta’ kwistjoni ta’ ksur jekk titqajjem eċċezzjoni li l-privattiva inkwistjoni ma hijiex valida, jew id-dispożizzjoni legali għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti nazzjonali ma għandhiex ġurisdizzjoni biss sabiex tieħu konjizzjoni tal-eċċezzjoni ta’ invalidità?

2)      Ir-risposta għall-ewwel domanda hija affettwata minn jekk il-liġi nazzjonali tkunx tinkludi dispożizzjonijiet legali, simili għal dawk stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Paragrafu 61 tal-[Patentlagen] (il-Liġi dwar il-Privattivi), li jfisser li, sabiex tinstema’ eċċezzjoni ta’ invalidità mqajma f’kawża ta’ ksur, il-konvenut għandu jressaq azzjoni separata għal dikjarazzjoni ta’ invalidità?

3)      L-Artikolu 24(4) tar-[Regolament Brussell I bis] għandu jiġi interpretat li japplika għal qrati ta’ [Stat] terz, jiġifieri, f’dan il-każ, fis-sens li jagħti wkoll ġurisdizzjoni esklużiva lil qorti fit-[Turkija] f’dak li jirrigwarda l-parti tal-privattiva Ewropea li ġiet ivvalidata hemmhekk?”

17.      Din it-talba għal deċiżjoni preliminari, bid-data tal‑24 ta’ Mejju 2022, ġiet imressqa fl-istess jum. Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub minn BSH, Electrolux, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni Ewropea l-intervenjenti ġew irrappreżentati fis-seduta li saret fit‑22 ta’ Ġunju 2023.

IV.    Analiżi

18.      Din il-kawża tikkonċerna l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjonijiet għal ksur ta’ privattivi Ewropej allegatament imwettqa f’diversi Stati. Qabel ma neżamina d-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja, inħoss li huwa xieraq li nagħti lill-qarrej, li jista’ ma jkunx familjari mal-kumplessità ta’ dan il-qasam kumpless tal-liġi, ħarsa ġenerali tar-regoli sostantivi u ġurisdizzjonali rilevanti.

19.      B’mod ġenerali, il-privattivi huma drittijiet ta’ proprjetà intellettwali maħruġa mill-Istati wara proċeduri ta’ reġistrazzjoni mwettqa minn uffiċċji nazzjonali tal-privattivi, skont ir-rekwiżiti tal-għoti (jew “jedd għall-privattiva”) stabbiliti fid-dritt nazzjonali tagħhom. Tali privattivi jagħtu lid-detentur tagħhom ċerti drittijiet esklużivi fuq l-invenzjoni bi privattiva (essenzjalment monopolju kummerċjali), li l-firxa tagħhom hija definita minn dak id-dritt. Peress li, fil-prinċipju, Stat għandu biss is-setgħa sovrana li jirregola l-kummerċ fit-territorju tiegħu, il-protezzjoni mogħtija hija ċirkoskritta hekk (idea ġeneralment imsejħa l-prinċipju tat-territorjalità tal-privattivi). L-inkonvenjent ta’ din is-sistema huwa li persuna li tfittex li tipproteġi invenzjoni waħda f’diversi Stati trid tapplika għal privattiva f’kull wieħed minnhom, individwalment.

20.      Il-KEP ġiet adottata sabiex tipprovdi soluzzjoni (parzjali, kif ser naraw) għal dan l-inkonvenjent. Dan it-Trattat, li jorbot 39 parti kontraenti, inklużi l-Istati Membri u t-Turkija, stabbilixxa sistema awtonoma għall-għoti ta’ dawk imsejħa “privattivi Ewropej” permezz ta’ proċedura ta’ reġistrazzjoni ċċentralizzata quddiem l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (“UEP”), stabbilit fi München (4). F’dan ir-rigward, huwa jistabbilixxi, inter alia, rekwiżiti uniformi ta’ jedd għall-privattivi. L-UEP għandu l-kompitu li jeżamina l-applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej fid-dawl ta’ dawk ir-rekwiżiti (5). Meta dawn jiġu ssodisfatti, l-UEP jagħti privattiva Ewropea, (skont ix-xewqat tal-applikant) għal waħda, bosta jew il-partijiet kontraenti kollha (6). Fil-kawża prinċipali, permezz ta’ din il-proċedura, BSH kisbet EP 1 434 512, li ngħatat għal diversi Stati Membri u t-Turkija.

21.      Madankollu, minkejja dak li jidher li jimplika l-isem tagħha, privattiva Ewropea ma hijiex titolu unitarju li tipprovdi protezzjoni uniformi tal-invenzjoni inkwistjoni fl-Istati li għalihom tkun inħarġet. Fil-fatt, “privattiva Ewropea” tieħu l-ħajja essenzjalment bħala grupp ta’ “partijiet” nazzjonali, li jixbhu privattivi maħruġa mill-Istati inkwistjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi “vvalidata” mill-uffiċċji tal-privattivi rispettivi ta’ dawk l-Istati. Bħala tali, il-“partijiet” nazzjonali ta’ privattiva Ewropea huma legalment indipendenti minn xulxin. Kull wieħed minnhom jagħti lid-detentur tal-privattiva l-istess drittijiet esklużivi fuq l-invenzjoni bi privattiva bħal privattiva nazzjonali “ordinarja” (7) u huwa ugwalment limitat għat-territorju nazzjonali. Barra minn hekk, fil-prinċipju (8), privattiva Ewropea tista’ tiġi rrevokata biss “parti” “parti” u r-revoka ta’ “parti” tkun effettiva għat-territorju tal-Istat korrispondenti biss (9).

22.      Konsegwentement, meta invenzjoni partikolari tkun protetta minn privattiva Ewropea, l-użu li ma huwiex awtorizzat ta’ dik l-invenzjoni minn terz jista’, minn naħa waħda, jirriżulta fil-ksur tal-monopolju tad-detentur tal-privattiva f’diversi Stati (jiġifieri dawk li għalihom ingħatat privattiva). Fil-kawża prinċipali, BSH takkuża lil Electrolux preċiżament b’dan it-tip ta’ ksur ta’ privattiva “multistatali”. Min-naħa l-oħra, peress li privattiva Ewropea ma hijiex titolu unitarju, il-ksur tagħha f’diversi Stati jitqies, minn perspettiva legali, bħala ġabra ta’ ksur ta’ privattivi nazzjonali, il-ksur ta’ kull waħda mill-“partijiet” tagħha jiġi evalwat separatament, fid-dawl tad-dritt nazzjonali applikabbli għaliha (10). Fil-fatt, l-azzjoni ta’ BSH kontra Electrolux tikkostitwixxi ġabra ta’ talbiet għal ksur li jistrieħu fuq id-diversi “partijiet” ta’ EP 1 434 512.

23.      Il-litigazzjoni dwar privattivi Ewropej, inklużi azzjonijiet għal ksur, hija wkoll kwistjoni li titħalla f’idejn il-partijiet kontraenti u l-qrati nazzjonali tagħhom (11). Fir-rigward ta’ tilwim transkonfinali, il-KEP lanqas talloka ġurisdizzjoni bejn dawk il-qrati (12). Dik id-domanda għandha tiġi deċiża fid-dawl tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat applikati mill-qrati ta’ dawn il-partijiet kontraenti.

24.      Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ tilwim transkonfinali dwar privattivi bejn partijiet privati hija ddeterminata mir-regoli tar-Regolament Brussell I bis (13), fejn il-konvenut, bħal Electrolux, ikun iddomiċiljat f’tali Stat Membru.

25.      Ir-reġim ġurisdizzjonali stabbilit f’dan l-istrument (u fil-predeċessuri tiegħu) (14) (iktar ’il quddiem “ir-reġim ta’ Brussell”) jopera, fir-rigward ta’ dan it-tilwim, taħt id-dikotomija li ġejja.

26.      Minn naħa waħda, il-proċedimenti “li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ privattivi” huma rregolati minn regola speċjali skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis, li jagħti ġurisdizzjoni esklużiva lill-qrati tal-Istat Membru li jkunu taw l-privattiva inkwistjoni (“l-Istat tar-reġistrazzjoni”). Fejn ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ privattiva Ewropea tkun ikkontestata, kull waħda mill-qrati tal-Istati Membri differenti li għalihom tkun ingħatat dik il-privattiva jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva fir-rigward tal-“parti” nazzjonali tagħhom (15). Din ir-regola hija obbligatorja: il-partijiet ma jistgħux jitbiegħdu minnha bi ftehim (16). Barra minn dan, fejn il-litiganti jressqu t-tilwima tagħhom quddiem il-qorti “żbaljata”, dik il-qorti tkun obbligata, skont l-Artikolu 27 ta’ dak ir-regolament, li tirrifjuta l-ġurisdizzjoni ex officio (17).

27.      Min-naħa l-oħra, il-proċeduri l-oħra kollha relatati mal-privattivi huma rregolati mir-regoli ġenerali tar-Regolament. Fil-prinċipju, dan jinkludi proċedimenti ta’ ksur, peress li dawn “ikollhom x’jaqsmu” mhux mar-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ privattivi, iżda mal-infurzar tagħhom (18). Dawk ir-regoli jagħtu lil-litiganti ċertu marġni ġurisdizzjonali.

28.      Filwaqt li l-qrati tal-Istat tar-reġistrazzjoni għandhom, fil-fatt ġurisdizzjoni fuq proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell I bis (19) dik il-ġurisdizzjoni ma hijiex esklużiva, iżda hija fakultattiva. Tali proċedimenti jistgħu għalhekk jitressqu quddiem qrati oħra. B’mod partikolari, id-detentur ta’ privattiva jista’ jinvoka l-qrati tal-Istati Membri fejn ikun iddomiċiljat il-konvenut, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament. Fil-każ ta’ ksur ta’ privattiva Ewropea f’“diversi stati”, detentur ta’ privattiva jkollu interess ovvju sabiex jagħmel dan.

29.      Fil-fatt, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell I bis, hija limitata territorjalment. Skont il-punt 22 iktar ’il fuq, il-qrati ta’ kull Stat li għalih tkun ingħatat privattiva Ewropea jistgħu jiddeċiedu biss sal-punt li jkollu x’jaqsam mal-“parti” u t-territorju nazzjonali tagħhom (20). Konsegwentement, id-detentur tal-privattiva, li jfittex rimedju komprensiv, ikollu jibda proċeduri separati f’dawn l-Istati kollha.

30.      B’kuntrast ma’ dan, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut ikun iddomiċiljat, skont l-Artikolu 4(1) tar Regolament Brussell I bis, hija universali. Għalhekk, tista’ testendi għall-ksur tal-privattiva Ewropea mwettaq fl-Istati kollha li għalihom kienet ingħatat (21). Dawn il-qrati jistgħu jagħtu kumpens għal danni sabiex jipprovdu kumpens għat-telf totali mġarrab mid-detentur tal-privattiva, jew joħorġu ordni li tipprojbixxi l-kontinwazzjoni tal-ksur f’dawk l-Istati kollha. Fil-qosor, din id-dispożizzjoni tippermetti lid-detentur tal-privattiva jikkonsolida t-talbiet kollha tiegħu jew tagħha dwar ksur quddiem forum uniku, u tippermettilu wkoll jikseb eżenzjoni komprensiva minn forum uniku. F’dan il-każ, BSH għamlet użu minn din l-għażla preċiża u ressqet l-azzjoni kollha tagħha kontra Electrolux quddiem il-qorti tal-privattivi kompetenti fl-Isvezja, fejn din tal-aħħar hija ddomiċiljata.

31.      F’dan l-isfond, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk tali konsolidazzjoni, fil-fatt, hijiex possibbli fil-kawża prinċipali u, jekk iva, sa liema punt. Dawn id-dubji jirriżultaw mill-fatt li, bħala eċċezzjoni kontra t-talbiet ta’ BSH, Electrolux invokat l-invalidità tad-diversi “partijiet” ta’ EP 1 434 512 li fuqhom jistrieħu dawn it-talbiet (22). Fid-dawl ta’ din l-eċċezzjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, u sa liema punt, l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis japplikax u “jegħlibx” l-Artikolu 4(1) tiegħu. Skont l-Artikolu 24(4), dawn il-qrati għandhom ġurisdizzjoni esklużiva fir-rigward tal-“parti” Svediża biss. Billi qrati oħra jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva fir-rigward tal-“partijiet” barranin. Il-konsolidazzjoni tal-proċedimenti f’forum uniku ma tkunx possibbli u l-frammentazzjoni tagħhom, jidher li tkun inevitabbli, minflok,

32.      B’mod speċifiku, l-ewwel u t-tieni domandi tal-qorti tar-rinviju, li huwa xieraq li jiġu eżaminati flimkien, jirrigwardaw il-fatt jekk il-proċedimenti ta’ ksur jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis meta l-validità tal-privattivi sottostanti tiġi kkontestata permezz ta’ eċċezzjoni. Jekk ikun il-każ, dik il-qorti tistaqsi jekk, hawnhekk, din id-dispożizzjoni ċċaħħadhiex mill-ġurisdizzjoni (sa fejn ikollhom x’jaqsmu l-“partijiet” barranin ta’ EP 1 434 512) li tieħu konjizzjoni u tiddetermina l-proċedimenti ta’ ksur b’mod ġenerali, jew biss il-kwistjoni tal-validità. Ser neżamina din il-kwistjoni fit-Taqsima A ta’ dawn il-konklużjonijiet.

33.      Jekk wieħed jassumi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel żewġ domandi fis-sens li l-Artikolu 24(4) huwa rilevanti f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tielet domanda tikkonċerna jekk din id-dispożizzjoni tapplikax ukoll fir-rigward tal-validità tal-“parti” Torka tal-EP 1 434 512. Ser neżamina din id-domanda fit-Taqsima B ta’ dawn il-konklużjonijiet.

A.      Ilkamp ta’ applikazzjoni ratione materiae talArtikolu 24(4) tarRegolament Brussell I bis (lewwel u ttieni domanda)

34.      Kif indikat hawn fuq, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis jidher li huwa ċar. Skont din id-dispożizzjoni, il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat ta’ reġistrazzjoni tkopri biss proċedimenti “li għandhom x’jaqsmu mal-validità tal-privattivi”, u mhux proċedimenti “li għandhom x’jaqsmu ma’” kwistjonijiet oħra relatati mal-privattivi, inkluż ksur.

35.      Fir-realtà, hemm ambigwità taħt dawn it-termini. Din id-dikotomija kultant tkun imċajpra fil-prattika. Fil-fatt, filwaqt li l-validità tal-privattivi tista’ tkun l-oġġett ta’ azzjonijiet iddedikati (għal revoka jew kanċellazzjoni), l-invalidità ta’ privattiva tista’ tiġi invokata wkoll bħala eċċezzjoni kontra, bl-iktar mod notevoli, talbiet ta’ ksur. B’dan il-mod, l-allegat kontraventur ifittex li jikseb iċ-ċaħda ta’ dawn it-talbiet billi jivvizzja t-titolu li jibbażaw fuqu (23). Electrolux invokat tali eċċezzjoni fil-kawża prinċipali.

36.      Minn dejjem kien hemm ċertezza rigward il-fatt li l-qrati tal-Istat ta’ reġistrazzjoni għandhom ġurisdizzjoni esklużiva fuq l-ewwel kategorija ta’ azzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, jekk, u sa liema punt, ikollhomx din ukoll fit-tieni xenarju huwa s-suġġett ta’ dibattitu li ilu għaddej ħafna.

37.      Sa mill-bidu tas-snin disgħin, meta d-detenturi tal-privattivi bdew jagħmlu użu tajjeb mill-possibilitajiet li jikkonsolidaw it-talbiet tagħhom ta’ ksur taħt ir-regoli ġenerali tar-reġim ta’ Brussell, il-qrati tal-Istati Membri bdew jaffaċċjaw il-kwistjoni. Il-kliem oriġinali tar-regola kontenzjuża ta’ ġurisdizzjoni esklużiva, kif stipulati (dak iż-żmien) fl-Artikolu 16(4) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, ma pprovdewx gwida dwar dawn l-argumenti. Dawk il-qrati ħarġu bi tliet approċċi ewlenin:

–        L-ewwel, xi qrati, speċjalment dawk fil-Ġermanja, qiesu li r-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva inkwistjoni ma tapplikax meta tiġi invokata l-invalidità bħala eċċezzjoni fi proċedimenti ta’ ksur. Il-qrati barra l-Istat tar-reġistrazzjoni jistgħu, taħt ir-regoli ġenerali tal-konvenzjoni, jieħdu konjizzjoni ta’ tali proċedimenti u, f’dak il-kuntest, jaġġudikaw il-validità tal-privattiva/privattivi inkwistjoni.

–        It-tieni, qrati oħra, notevolment dawk fir-Renju Unit, kienu tal-fehma li, meta titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità, il-proċedimenti ta’ ksur “ikollhom x’jaqsmu mal-validità tal-privattivi” u għaldaqstant jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru/l-Istati Membri tar-reġistrazzjoni.

–        It-tielet, l-aħħar grupp ta’ qrati, inklużi dawk fil-Pajjiżi l-Baxxi, qiesu li r-regola kontenzjuża kienet tapplika fejn l-invalidità tiġi invokata bħala eċċezzjoni fi proċedimenti ta’ ksur, iżda b’mod kemxejn sofistikat: il-kwistjoni tal-validità biss taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat tar-reġistrazzjoni; qrati oħra setgħu jiddeterminaw il-kwistjoni tal-ksur (24).

38.      Fl‑2006, il-Qorti tal-Ġustizzja daħlet fid-dibattitu permezz tas-sentenza tagħha fis-sentenza GAT. Notevolment, dik is-sentenza ma kinitx dwar proċedimenti ta’ ksur per se. Din kienet tikkonċerna azzjoni li permezz tagħha kumpannija talbet dikjarazzjoni mill-qrati Ġermaniżi li hija ma kinitx kisret żewġ privattivi Franċiżi miżmuma minn kumpannija Ġermaniża (“dikjarazzjoni negattiva”), inter alia għar-raġuni li dawn il-privattivi kienu invalidi. Dawn il-qrati ssuspettaw li l-Artikolu 16(4) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell seta’ kien rilevanti u għamlu domanda f’dan ir-rigward lill-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tatx risposta mfassla b’mod speċifiku skont dawn il-fatti partikolari; minflok, hija ddeċidiet f’termini ġenerali li r-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva li (dak iż-żmien) kienet stabbilita f’dik id-dispożizzjoni “kienet tikkonċerna l-kawżi kollha li jirrigwardaw […] il-validità ta’ privattiva, indipendentement minn jekk il-kwistjoni titqajjem permezz ta’ azzjoni jew permezz ta’ eċċezzjoni” (25). Kuntrarjament għal dak li ssostni BSH, din ir-risposta hija ġenerali biżżejjed sabiex tkopri, inter alia, ix-xenarju ta’ proċedimenti ta’ ksur li fihom tkun tqajmet eċċezzjoni ta’ invalidità. Ir-referenza għal “eċċezzjoni” kienet evidentement miżjuda f’dan is-sens (26).

39.      Ftit snin wara, il-leġiżlatur ikkodifika s-sentenza GAT fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis, billi speċifika, fit-test ta’ dik id-dispożizzjoni, li l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat ta’ reġistrazzjoni tkopri proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-validità tal-privattivi “indipendentement minn jekk il-kwistjoni titqajjem permezz ta’ azzjoni jew permezz ta’ eċċezzjoni”.

40.      Madankollu, ma nkunux qegħdin nesaġeraw jekk ngħidu li ma nkisbet ebda ċarezza dwar il-kwistjoni. Fil-fatt, ir-risposta mogħtija fis-sentenza GAT (u issa, fl-Artikolu 24(4)) għall-kwistjoni diskussa f’din it-taqsima qajmet iktar domandi milli solviethom. Fil-fatt, filwaqt li dik ir-risposta tat daqqa fatali mingħajr ġustifikazzjoni lill-ewwel approċċ elenkat hawn fuq (1), il-Qorti tal-Ġustizzja (u l-leġiżlatur tal-Unjoni) ħallew lill-qrati nazzjonali u lil-litiganti jiddibattu dwar jekk it-tieni jew it-tielet approċċ kienx korrett minflok (2).

1.      Issentenza li ma hijiex iġġustifikata fissentenza GAT

41.      Normalment, fejn sett wieħed ta’ proċedimenti jikkonċerna żewġ kwistjonijiet differenti (bħal, f’dan il-każ, il-ksur u l-validità), li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni reċiprokament esklużivi (hawnhekk, ir-regoli ġenerali fir-rigward tal-ksur; l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis fir-rigward tal-validità tal-privattivi), il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi xi prinċipji pragmatiċi sabiex tiddetermina liema qorti jew qrati hija jew huma kompetenti sabiex tieħu jew jieħdu konjizzjoni tagħhom u tiddeterminahom jew jiddeterminawhom.

42.      L-ewwel, sabiex jiġi ddeterminat liema regoli ta’ ġurisdizzjoni japplikaw, tali proċedimenti għandhom jiġu kklassifikati fuq il-bażi tas-suġġett prinċipali (jew “oġġett”) tal-azzjoni ippreżentata mir-rikorrent u kwalunkwe domandi preliminari (jew inċidentali). li altrimenti jistgħu jitqajmu, notevolment bħala eċċezzjoni, għandhom jitħallew fil-ġenb (27).

43.      It-tieni, il-forum innominat mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli huwa kompetenti sabiex jieħu konjizzjoni tal-proċedimenti kollha, jiġifieri mhux biss l-azzjoni, iżda wkoll l-eċċezzjoni, minkejja li din tal-aħħar tikkonċerna kwistjoni normalment riżervat għall-imħallef differenti (28). Fil-fatt, proċeduralment, tali eċċezzjoni hija parti integrali mill-azzjoni u, loġikament, issegwi t-trattament ġurisdizzjonali applikat għal din tal-aħħar.

44.      Kieku l-Qorti tal-Ġustizzja segwiet dawn il-prinċipji fis-sentenza GAT, hija kienet tkun adottat l-ewwel approċċ imsemmi fil-punt 37 iktar ’il fuq. Fil-fatt, fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur li fihom tkun tqajmet eċċezzjoni ta’ invalidità, is-suġġett prinċipali (jew l-“oġġett”) tal-azzjoni huwa, sempliċement, il-ksur. B’kuntrast ma’ dan, il-kwistjoni tal-validità hija eżempju ewlieni ta’ domanda preliminari. Peress li wieħed ma jistax jikser privattiva invalida, l-imħallef l-ewwel għandu jiddetermina l-validità tat-titolu li fuqu jistrieħ ir-rikorrent, sabiex imbagħad, isolvi d-domanda prinċipali dwar jekk l-atti tal-konvenut kisrux id-drittijiet mogħtija mit-titolu inkwistjoni. Skont dawn il-prinċipji, tali proċeduri kellhom jiġu rregolati, fid-dawl ta’ dak is-suġġett u indipendentement minn dik l-eċċezzjoni, mir-regoli ġenerali (li dak iż-żmien kienu) stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Brussell. Barra minn hekk, il-qrati nnominati bħala kompetenti sabiex jieħdu konjizzjoni u jiddeċiedu dwar il-proċedimenti ta’ ksur taħt dawn ir-regoli ġenerali, b’mod partikolari l-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut huwa ddomiċiljat, ukoll kellu jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeterminaw din l-eċċezzjoni.

45.      Evidentement, dan ma huwiex dak li għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT. Anzi, hija qieset li r-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva għall-“proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-validità tal-privattivi” tapplika anki għal proċedimenti li fihom din il-kwistjoni titqajjem sempliċement bħala eċċezzjoni. Permezz ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat interpretazzjoni li, sa fejn naf jien, hija unika fir-reġim ta’ Brussell. Fil-fatt, din is-soluzzjoni titbiegħed anki minn dawk li adottat il-Qorti tal-Ġustizzja, sa issa, taħt ir-regoli l-oħra ta’ ġurisdizzjoni esklużiva (issa) stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I bis. Skont il-prinċipji diskussi iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dawk ir-regoli l-oħra japplikaw meta kwistjoni msemmija fihom tikkostitwixxi s-suġġett tal-azzjoni biss (29).  F’diversi verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (iżda sfortunatament mhux kollha), dak l-approċċ jirriżulta saħansitra mill-kliem stess ta’ dik id-dispożizzjoni (30). Barra minn hekk, fis-sentenza tagħha fil-kawża BVG, mogħtija ftit snin wara s-sentenza GAT, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li r-regola tal-ġurisdizzjoni esklużiva għall-proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-validità tal-kumpanniji jew tad-deċiżjonijiet tal-organi tagħhom (issa stabbilita fl-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-regolament) ma tapplikax għal proċedimenti li fihom tali kwistjoni titqajjem biss bħala eċċezzjoni (31).

46.      L-implikazzjonijiet preċiżi tal-interpretazzjoni adottata fis-sentenza GAT huma inċerti, kif imsemmi hawn fuq, u ser jiġu diskussi fit-Taqsima 2 hawn taħt. Għall-finijiet preżenti, dak li huwa ċar huwa li kuntrarjament għal dak li ssostni BSH, meta proċedimenti ta’ ksur jitressqu barra mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità, dawk il-qrati ma jistgħux jiddeċiedu dwar il-validità tal-privattivi kkonċernati bħala domanda preliminari.

47.      Fid-dawl ta’ dan, sfortunatament, fil-fehma tiegħi, ir-raġunament pjuttost qasir tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT ma joffrix ġustifikazzjoni konvinċenti għal dik is-soluzzjoni.

48.      L-ewwel argument imressaq mill-Qorti tal-Ġustizzja jirrigwarda “l-pożizzjoni ta’ [dik ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva] fi ħdan l-iskema tal-[Konvenzjoni ta’ Brussell]” (jiġifieri, is-supremazija tagħha fuq ir-regoli ġenerali ta’ ġurisdizzjoni) u n-“natura obbligatorja” tagħha (32). Dan l-argument ma jikkonvinċinix (33). Fil-fatt, dawn l-elementi pjuttost jappoġġjaw iktar faċilment l-interpretazzjoni opposta.

49.      Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva huma eċċezzjonijiet fir-reġim ta’ Brussell. Bħala tali, dawn għandhom jiġu interpretati b’mod strett (34). Fil-fatt, dawn suppost japplikaw fi “ftit sitwazzjonijiet definiti sew” (35) biss. Barra minn hekk, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza BVG, interpretazzjoni stretta ta’ dawn ir-regoli hija “partikolarment meħtieġa” preċiżament għaliex għandhom supremazija fuq ir-regoli ġenerali u huma obbligatorji (36). Fejn japplika l-Artikolu 24(4), dan iċaħħad lir-rikorrenti mill-għażla tal-forum, li kieku kien ikun tagħhom, u jista’ jirriżulta f’każ li l-konvenuti jitressqu quddiem il-qorti barra mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom, fejn normalment ikunu f’pożizzjoni aħjar sabiex jiddefendu lilhom infushom.

50.      B’kuntrast ma’ dan, l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT tista’ tiġi deskritta biss bħala “wiesgħa” (37). Ċertament, il-validità tal-privattivi hija, fiha nnifisha, kwistjoni “definita sew”. Madankollu, tista’ titqajjem f’firxa “mhux definita sew” ta’ proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet oħra (38).

51.      Iż-żewġ raġunijiet l-oħra mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT għandhom x’jaqsmu mal-għan ġenerali ta’ ċertezza legali segwit mir-reġim ta’ Brussell (39). Essenzjalment, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li, kieku r-regola kontenzjuża ta’ ġurisdizzjoni esklużiva ma kinitx tapplika meta l-kwistjoni tal-validità tal-privattivi titqajjem bħala eċċezzjoni fi proċedimenti ta’ ksur (u l-bqija), u qrati barra mill-Istat tar-reġistrazzjoni, invokati għal tali proċedimenti, kienu permessi sabiex jiġġudikaw dik il-kwistjoni bħala domanda preliminari, dan iwassal “għal żieda” fil-qrati li jistgħu jiddeċiedu dwar dik il-kwistjoni. Min-naħa tiegħu, dan “jaffettwa l-prevedibbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni” u jwassal għal “żieda fir-riskju ta’ deċiżjonijiet kuntrastanti” dwar il-kwistjoni, li kollha jimminaw iċ-ċertezza legali (40).

52.      Lanqas dan ma jikkonvinċini. Meta wieħed “jara l-istampa kollha”, dawk l-elementi għal darba oħra jappoġġjaw iktar faċilment l-interpretazzjoni opposta. Ċertament, minn angolu wieħed, is-soluzzjoni fis-sentenza GAT tipprevjeni qrati differenti milli jieħdu fehmiet kontradittorji dwar il-validità ta’ privattiva. Sa dak il-punt, tikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali. Madankollu, minn angolu ieħor, is-sentenza GAT għandha l-potenzjal li tagħmel l-operat tar-reġim ta’ Brussell, fir-rigward tal-proċedimenti ta’ ksur, prekarju għad-detenturi tal-privattivi.

53.      Filwaqt li dan ir-reġim normalment jippermetti li detentur ta’ privattiva jressaq tali proċedimenti barra mill-Istat tar-reġistrazzjoni, inter alia, quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-konvenut, is-soluzzjoni fis-sentenza GAT toħloq inċertezza dwar jekk dawn il-qrati jkunux jistgħu jagħtu eżenzjoni kontra l-ksur jew, mill-inqas, jagħmlu dan fi żmien raġonevoli. Tabilħaqq, kieku eċċezzjoni ta’ invalidità kellha titqajjem mill-allegat kontravventur f’xi stadju tal-proċedimenti, dawn il-qrati ma jkunux jistgħu sempliċement jiddeċiedu dwar dik l-eċċezzjoni u jipproċedu bil-kawża iżda, skont kif għandha tinftiehem dik is-soluzzjoni, jew jitilfu l-ġurisdizzjoni tagħhom u jkollhom iwarrbu l-proċedimenti, jew inkella jista’ jkollhom jissospendu l-proċedimenti sakemm il-qrati tal-Istati Membri tar-reġistrazzjoni jkunu ddeterminaw il-validità tal-privattiva (ara, għal iktar, it-Taqsima 2 ta’ hawn taħt).

54.      Tkun xi tkun l-interpretazzjoni korretta, is-sentenza GAT tagħmel il-konsolidazzjoni ta’ talbiet għal ksur li jikkonċernaw il-“partijiet” differenti ta’privattiva Ewropea quddiem dawn il-qrati, għażla li ma hijiex attraenti. Hija tħeġġeġ lid-detenturi tal-privattivi sabiex, minflok, jibdew proċedimenti separati fid-diversi Stati ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn il-“partijiet” peress li, mill-inqas, ikun hemm ċertezza li l-qrati ta’ dawn l-Istati huma kompetenti sabiex jiddeċiedu kemm fuq il-ksur kif ukoll fuq il-validità tal-“parti tagħhom” (kif spjegat fil-punti 26, 28 u 29 ta’ hawn fuq). Dan joħloq, min-naħa tiegħu, riskju li qrati differenti jkollhom fehmiet kontradittorji dwar l-istess tilwima ta’ ksur.

55.      Tali inċertezza u/jew kumplessità fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-privattivi iktar u iktar ma humiex mixtieqa, peress li l-proprjetà intellettwali hija protetta bħala dritt fundamentali, inter alia, fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “il-Karta”). Skont din id-dispożizzjoni, id-detenturi tal-privattivi għandhom igawdu “livell għoli” ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Il-possibbiltà li jinbdew proċedimenti ċivili espedjenti u li tinkiseb eżenzjoni fil-każ ta’ ksur hija essenzjali f’dak ir-rigward. Dan huwa meħtieġ ukoll mid-dritt fundamentali għal rimedju effettiv, iggarantit fl-Artikolu 47 tal-Karta. B’rabta ma’ dan, infakkar li l-Artikolu 41(2) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (“il-Ftehim TRIPS”) (41) jipprovdi li “[l]-proċeduri dwar l-infurzar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali […] m’għandhomx ikunu komplikati żżejjed jew għoljin, jew ikollhom bżonn […] dewmien mhux ġustifikat”. Dan jikkonċerna wkoll, fil-fehma tiegħi, l-operat tar-regoli rilevanti ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali.

56.      Fi kwalunkwe każ, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva taħt ir-reġim ta’ Brussell (42), l-unika domanda li kellha tirrispondi l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT (iżda li ma ddiskutietx), kienet jekk l-għan speċifiku segwit mir-regola kontenzjuża ta’ ġurisdizzjoni esklużiva “kienx jeħtieġ” li dik ir-regola tapplika wkoll għal proċedimenti ta’ ksur li fihom tqajmet eċċezzjoni ta’ invalidità. Fil-fehma tiegħi, ma kienx jeħtieġ dan.

57.      Mill-bidu, nixtieq nelimina xi konfużjoni dwar x’inhu dak l-għan. L-ispjegazzjoni li s-soltu tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward (u msemmija “fil-qosor” mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT) hija li r-regola inkwistjoni ssegwi għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Fil-fehma tagħha, il-qrati tal-Istat tar-reġistrazzjoni huma “fl-aħjar pożizzjoni” sabiex jiddeterminaw proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ privattivi, minħabba r-“rabta mill-qrib fil-fatt u fil-liġi” li teżisti bejn tali proċedimenti u dak l-Istat (43). Madankollu, fil-fehma tiegħi, dak ma huwiex ir-raġunament reali wara din ir-regola.

58.      Ċertament, kif spjegat fil-punti 19 u 21 iktar ’il fuq, privattiva hija rregolata mil-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni. L-argument li, pereżempju, imħallef Ġermaniż huwa “fl-aħjar pożizzjoni” sabiex japplika l-liġi tal-privattivi Ġermaniża (minħabba l-lingwa, l-għarfien ta’ dik il-liġi, eċċ) (44) għandu ċertu piż. Barra minn hekk, peress li privattiva hija protetta biss fl-Istat tar-reġistrazzjoni, normalment jkun hemm prossimità fattwali bejn tilwim dwar dik il-privattiva u t-territorju ta’ din tal-aħħar.

59.      Madankollu, dawn il-kunsiderazzjonijiet jispjegaw biss għaliex il-qrati tal-Istat tar-reġistrazzjoni jistgħu jieħdu konjizzjoni u jiddeterminaw tali tilwim. Dawn jiġġustifikaw għaliex, pereżempju, dawk il-qrati għandhom, taħt ir-reġim ta’ Brussell, ġurisdizzjoni fuq proċedimenti ta’ ksur li jikkonċernaw it-territorju tagħhom (45). B’kuntrast ma’ dan, kunsiderazzjonijiet bħal dawn ma jiżvelawx għalfejn, fir-rigward ta’ proċeduri li jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ privattivi, dawk il-qrati għandu jkollhom ġurisdizzjoni bl-esklużjoni tal-oħrajn kollha (46). B’mod partikolari, il-liġi dwar il-privattivi tal-Istat tar-reġistrazzjoni ma hijiex tant unika li l-qrati ta’ dak l-Istat biss ikollhom il-kapaċità li jifhmuha (47). Filwaqt li jista’ jkun itqal għalihom li jagħmlu dan, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor huma perfettament kapaċi li japplikaw din il-liġi barranija. Li wieħed jimplika l-kuntrarju jkun daqslikieku qiegħed jiddubita l-pedamenti stess tar-reġim ta’ Brussell (u l-qasam kollu tad-dritt internazzjonali privat) (48).

60.      Ir-raġunament reali tar-regola kontenzjuża jinsab fil-fatt li, kif jgħid ir-rapport Jenard, “l-għoti ta’ […] privattiva huwa eżerċizzju ta’ sovranità nazzjonali” (49). Fil-fatt, l-unika ġustifikazzjoni konvinċenti sabiex tiġi pprovduta tali regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva hija r-rwol li (tradizzjonalment) għandhom l-awtoritajiet tal-Istat fil-ħruġ ta’ tali drittijiet tal-PI, imsemmija fil-punt 19 ta’ hawn fuq (50), b’mod speċifiku l-fatti li l-amministrazzjonijiet nazzjonali għandhom il-kompitu li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-privattivi, jagħtuhom fejn ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, u jirreġistraw il-privattivi kif xieraq. Madankollu, is-soluzzjoni fis-sentenza GAT, fil-fehma tiegħi, lanqas ma kienet “meħtieġa” minn din il-kunsiderazzjoni.

61.      Fil-fatt, minn naħa waħda, il-proċedimenti li għandhom bħala l-għan tagħhom ir-reġistrazzjoni jew il-validità tal-privattivi, ipoġġu f’dubju, skont in-natura intrinsika tagħhom,, il-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Istat ta’ reġistrazzjoni (51). Il-qalba tat-tilwima hija jekk l-awtorità rilevanti tal-Istat (l-uffiċċju tal-privattivi) “għamlitx xogħolha” b’mod korrett. Permezz ta’ azzjoni għal revoka, b’mod partikolari, rikorrent essenzjalment jitlob lill-qorti sabiex tirrevedi jekk dik l-awtorità kellhiex raġun li tagħti l-privattiva fl-ewwel lok u, jekk ma kellhiex, li tiddikjara l-privattiva invalida bħala eċċezzjoni. Dikjarazzjoni bħal din, min-natura tagħha, għandha effett erga omnes, u tista’, bħala tali, tiġi invokata kontra l-awtorità inkwistjoni. Id-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tista’ saħansitra tagħti struzzjonijiet lil din tal-aħħar sabiex tirrettifika r-reġistri tagħha skont dan. Ovvjament, deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jingħataw biss mill-qrati tal-Istat tar-reġistrazzjoni. Hawnhekk tapplika deferenza għas-sovranità tal-Istati. L-Istati jsibu li huwa inaċċettabbli kieku l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tagħhom kellhom jiġu ssanzjonati mill-qrati ta’ Stat barrani, u li dawn tal-aħħar jagħtuhom struzzjonijiet dwar kif jimmaniġġaw ir-reġistri nazzjonali tagħhom (52).

62.      Min-naħa l-oħra, il-proċedimenti ta’ ksur, b’mod partikolari, ma jikkontestawx il-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Istat tar-reġistrazzjoni, anki meta l-invalidità tal-privattiva allegatament miksura titqajjem bħala eċċezzjoni. Hemmhekk, din il-kwistjoni, bħala domanda preliminari, tiġi eżaminata mill-qorti, iżda biss sabiex tiġi solvuta l-kwistjoni ta’ ksur. L-unika konsegwenza li tista’ tirriżulta hija li l-qorti tiċħad it-talba għal ksur. Tali deċiżjoni tikkonċerna l-interessi privati tal-litiganti u, għaldaqstant, ġeneralment ikollha effetti inter partes biss (53). Hija ma tistax tindaħal fuq is-sovranità tal-Istat tar-reġistrazzjoni, peress li ma għandha l-ebda effett fuq l-amministrazzjoni tiegħu, u lanqas ma tippretendi li għandha. Il-validità tal-privattiva, minn perspettiva legali, ma hijiex affettwata. L-ebda struzzjoni lil dik l-amministrazzjoni ma qiegħda tinħareġ minn qorti ta’ Stat sovran ieħor.

2.      Linterpretazzjoni korretta tassentenza GAT

63.      Għal dawn ir-raġunijiet kollha, is-sentenza GAT, fil-fehma tiegħi (u skont il-maġġor parti tal-letteratura li kkonsultajt) (54), hija deċiżjoni sfortunata. Kieku s-soluzzjoni stabbilita fiha kienet tirreferi għal dik id-deċiżjoni biss, kont nagħti parir lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannullaha u tiddikjara minflok li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva għall-proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-validità ta’ privattiva ma japplikawx meta titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità fi proċedimenti ta’ ksur, sal-punt li s-sentenza mogħtija mill-qorti invokata tidher li tipproduċi effetti inter partes biss (55).

64.      Madankollu, kif indikat iktar ’il fuq, il-leġiżlatur tal-Unjoni kkodifika dik is-sentenza fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis (56). Għalhekk, kif inhu d-dritt tal-Unjoni bħalissa, il-Qorti tal-Ġustizzja tinsab “maqbuda” fis-soluzzjoni li inizjalment adottat. Hija titħalla tagħżel, fuq talba tal-qorti tar-rinviju, bejn żewġ interpretazzjonijiet possibbli tas-sentenza GAT (u l-kodifikazzjoni tagħha), li jikkorrispondu, rispettivament, għat-tieni u t-tielet approċċ elenkati fil-punt 36 iktar ’il fuq.

65.      Skont l-ewwel interpretazzjoni, difiża minn Electrolux, u li ser niddeskrivi bħala “wiesgħa”, meta tiġi invokata invalidità bħala eċċezzjoni fi proċedimenti ta’ ksur, il-qrati tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jkunu (jew isiru) esklużivament kompetenti taħt l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis sabiex jiddeterminaw dawk il-proċeduri. Kwalunkwe qorti oħra għandha tirrifjuta l-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 27 ta’ dak ir-regolament.

66.      Skont it-tieni interpretazzjoni, difiża mill-Kummissjoni u li ser niddeskrivi bħala “stretta”, meta invalidità tiġi invokata bħala eċċezzjoni fi proċedimenti ta’ ksur, il-qrati tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva taħt l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis sabiex jiddeterminaw il-kwistjoni tal-validità biss. Qrati oħra jista’ jkollhom (jew iżommu) ġurisdizzjoni, taħt ir-regoli ġenerali ta’ dak ir-regolament, sabiex jiddeterminaw il-kwistjoni ta’ ksur.

67.      Kif inhu d-dritt tal-Unjoni bħalissa, ma jipprovdix indikazzjonijiet ċari dwar liema interpretazzjoni suppost hija korretta. L-ewwel, filwaqt li, kif issostni Electrolux, l-interpretazzjoni “wiesgħa” tad-dispożittiv tas-sentenza GAT u tal-kliem tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis tidher li hija l-iktar waħda naturali (57), dawn l-elementi jistgħu wkoll jinqraw b’mod raġonevoli b’mod “strett”. Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja qalet, f’dik is-sentenza, li r-regola kontenzjuża ta’ ġurisdizzjoni esklużiva “tikkonċerna l-kawżi kollha li jirrigwardaw […] il-validità ta’ privattiva”, hija ma indikatx sa liema punt. Dan l-abbozzar huwa sempliċement ambigwu. It-tieni, il-ġurisprudenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tappoġġjax interpretazzjoni jew oħra tas-sentenza, peress li fiha indikazzjonijiet kontradittorji f’dan ir-rigward. Minn naħa waħda, kif tfakkar Electrolux, il-Qorti tal-Ġustizzja apparentement approvat l-interpretazzjoni “wiesgħa” fis-sentenza tagħha BVG (58). Min-naħa l-oħra, kif tenfasizza l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja apparentement approvat l-interpretazzjoni “stretta” fis-sentenza Roche Nederland et (59). Finalment, il-leġiżlatur ma esprima l-ebda pożizzjoni f’dan ir-rigward fit-test tal-Artikolu 24(4) jew fi premessa tar-Regolament (60).

68.      Għalhekk, sabiex tiġi solvuta l-kontroversja, wieħed għandu jirrikorri għas-sistema stabbilita taħt ir-Regolament Brussell I bis kif ukoll għall-għanijiet segwiti minn dan l-istrument b’mod ġenerali u mill-Artikolu 24(4) tiegħu, b’mod speċifiku. Fid-dawl ta’ dawk l-elementi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrifjuta l-interpretazzjoni “wiesgħa” tas-sentenza GAT (parti (a)) u minflok tapprova l-interpretazzjoni “stretta” (parti (b)). Hija għandha tipprovdi wkoll xi linji gwida lill-qrati nazzjonali dwar kif dik l-interpretazzjoni għandha titqiegħed fil-prattika (parti (c)).

a)      Iddifetti kritiċi talinterpretazzjoni “wiesgħa”

69.      Fl-ewwel lok, l-interpretazzjoni “wiesgħa” tas-sentenza GAT ma tantx tista’ tiġi rrikonċiljata mas-sistema stabbilita skont ir-Regolament Brussell I bis. Skont dik is-sistema, kif kienet intenzjonata mill-awturi tagħha, il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat ta’ reġistrazzjoni hija eċċezzjoni, ċirkoskritta għal “proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ privattivi”, filwaqt li l-proċedimenti ta’ ksur, u l-bqija tat-tilwim dwar il-privattivi, jistgħu normalment jitressqu quddiem qrati oħra.

70.      Madankollu, kieku s-sentenza GAT kellha tinftiehem bil-mod kif issuġġerit minn Electrolux, l-eċċezzjoni, fil-fatt, tidher li ssir ir-regola, kif tosserva l-Kummissjoni. Billi d-difiżi tal-invalidità spiss jitqajmu fi proċedimenti ta’ ksur, tali proċedimenti spiss jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat tar-reġistrazzjoni. L-applikazzjoni tar-regoli ġenerali tal-ġurisdizzjoni, u l-għażliet li jagħtu lid-detenturi tal-privattivi, jidhru li jkunu limitati għall-każijiet fejn tali eċċezzjoni ma titqajjimx.

71.      It-tieni, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Electrolux, peress li l-klassifikazzjoni tal-proċeduri ta’ ksur u, għalhekk, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli għalihom ikunu jiddependu minn jekk titqajjimx eċċezzjoni ta’ invalidità jew le (b’kontradizzjoni tal-prinċipju msemmi fil-punt 42 iktar ’il fuq), l-interpretazzjoni “wiesgħa” tas-sentenza GAT tidher li tikkomprometti l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza tal-ġurisdizzjoni mmirata mir-Regolament Brussell bis (61).

72.      Fil-fatt, sabiex il-ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti ta’ ksur tkun prevedibbli, id-detenturi tal-privattivi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-qorti li quddiemha jistgħu jressqu tali proċedimenti. Madankollu, skont l-interpretazzjoni “wiesgħa” tas-sentenza GAT, ikun diffiċli għalihom li jiddeterminaw minn qabel jekk tali proċedimenti jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat tar-reġistrazzjoni jew jistgħux jitressqu quddiem qrati oħra, peress li ma jkollhomx kontroll fuq l-istrateġija tad-difiża li ser jadotta l-allegat kontravventur (62).

73.      Barra minn hekk, kieku d-detentur tal-privattiva kellu jagħżel li jressaq proċedimenti barra mill-Istat tar-reġistrazzjoni, pereżempju quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-allegat kontravventur ikun iddomiċiljat, il-ġurisdizzjoni ta’ dawk il-qrati tidher li tkun prekarja. Fil-fatt, din tista’ tisparixxi kieku l-allegat kontravventur kellu jqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità. Dawk il-qrati jkollhom jirrifjutaw li jkomplu jisimgħu l-każ (63). Jekk, skont ir-regoli proċedurali tal-forum, tali eċċezzjoni tista’ titqajjem mhux biss fil-bidu tal-proċess, iżda wkoll fi stadji sussegwenti, iktar tard, inkluż fl-appell, il-proċedimenti li jkunu ilhom għaddejjin xhur, jew saħansitra snin, jistgħu f’daqqa waħda jsibu ħajt ma’ wiċċhom u ma jkunx hemm soluzzjoni. L-allegat kontavventur jista’ wkoll jagħżel b’mod strateġiku l-mument li fih jqajjem tali eċċezzjoni u effettivament ikollu effett vessatorju (“torpedo”) fuq il-proċedimenti. Kif josservaw BSH u l-Kummissjoni, il-konsegwenzi għad-detentur tal-privattiva jkunu drammatiċi. Fil-fatt, kif inhu bħalissa, ma teżisti l-ebda possibbiltà, taħt ir-Regolament Brussell I bis, sabiex il-qrati ta’ Stat Membru jittrasferixxu kawża lill-qrati ta’ Stat ieħor. Il-qrati inizjalment invokati jistgħu biss jiċħdu l-proċedimenti, u jħallu lir-rikorrent bil-kompitu li jibda proċedimenti ġodda fl-Istat tar-reġistrazzjoni.

74.      Sabiex is-sitwazzjoni diġà ħażina tkompli tiġi ggravata, jista’ ma jkunx iktar possibbli għad-detentur tal-privattiva li jagħmel dan. Fil-fatt, il-perijodi ta’ preskrizzjoni applikabbli għat-talbiet għal ksur jistgħu jkunu għaddew sadanittant. Fir-realtà, id-detentur tal-privattiva jkun imċaħħad, mingħajr ebda ħtija tiegħu, minn kull possibbiltà ta’ rimedju kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu. Tali riżultat ikun kuntrarju għall-Artikolu 17(2) u Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll l-Artikolu 41(2) tal-Ftehim TRIPS.

75.      Anki kieku kien xorta waħda possibbli għad-detentur tal-privattiva li jagħmel dan, f’każ ta’ ksur ta’ privattiva Ewropea “f’diversi stati”, huwa jkun marbut li jibda proċeduri ta’ ksur fl-Istati kollha kkonċernati sabiex jikseb eżenzjoni komprensiva (64). Ma jkunx possibbli li t-talbiet jiġu kkonsolidati quddiem forum wieħed. Numru ta’ qrati jistgħu jinvolvu ruħhom f’dik li hija essenzjalment l-istess tilwima, u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ deċiżjonijiet konfliġġenti kif imsemmi fil-punt 54 hawn fuq.

76.      Finalment, kuntrarjament għal dak li ssostni Electrolux, l-interpretazzjoni “wiesgħa” tas-sentenza GAT tmur lil hinn minn dak li huwa “meħtieġ” mill-għan speċifiku tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis, jiġifieri, kif spjegat fil-punti 60 u 61 hawn fuq, sabiex jiġi żgurat li tingħata deferenza lis-sovranità tal-Istat tar-reġistrazzjoni. Anki mifhum b’mod wiesa’, ikun possibbli biss li dak l-għan “jeħtieġ”, (fejn titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità fi proċedimenti ta’ ksur) li l-qrati ta’ dak l-Istat ikollhom ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jiddeċiedu l-kwistjoni tal-validità, u mhux il-kwistjoni ta’ ksur.

b)      Linterpretazzjoni “stretta” tassentenza GAT hija “lalternattiva linqas ħażina”

77.      L-interpretazzjoni “stretta” tas-sentenza GAT tikseb punteġġ ferm ogħla fuq l-aspetti kollha diskussi hawn fuq. Il-prinċipju jibqa’ li r-regoli ġenerali tar-Regolament Brussell I bis jirregolaw il-proċeduri ta’ ksur. Bħala tali, il-ġurisdizzjoni hija prevedibbli u ċerta għad-detentur tal-privattiva. Jekk iressaq proċedimenti barra mill-Istat tar-reġistrazzjoni u l-allegat kontravventur iqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità, il-qrati invokati ma jitilfux il-kompetenza li jieħdu konjizzjoni u jiddeterminaw l-azzjoni. Dawn il-qrati “sempliċement” ma jistgħux jaġġudikaw il-validità tal-privattiva/privattivi inkwistjoni, li, skont ir-regola eċċezzjonali stabbilita fl-Artikolu 24(4) ta’ dan ir-regolament, tista’ tiġi ddeterminata biss mill-qrati (65) tal-Istat tar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, fil-każ ta’ ksur ta’ privattiva Ewropea “f’diversi stati”, dik l-interpretazzjoni tippermetti l-konsolidazzjoni parzjali tat-talbiet quddiem forum uniku. Hija l-validità tal-privattiva biss, jekk tiġi kkontestata, li jkollha tiġi ddeterminata fid-diversi Stati li tkun ingħatat għalihom.

78.      Kif tosserva l-Kummissjoni, din l-interpretazzjoni tas-sentenza GAT timplika li l-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet deroga għall-prinċipju, taħt ir-reġim ta’ Brussell, li l-ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni u tiddetermina l-azzjoni testendi għal kwalunkwe eċċezzjoni potenzjali (ara l-punt 43 iktar ’il fuq). B’kunsiderazzjoni ta’ dan, tali deroga, għalkemm unika fi ħdan dak ir-reġim, ma hijiex kompletament ġdida. Fil-fatt, derogi simili jidhru fir-regoli tal-ġurisdizzjoni territorjali tal-Istat Membru għal ċerti kwistjonijiet suġġetti għal ġurisdizzjoni esklużiva taħt id-dritt nazzjonali (66).

79.      F’termini prattiċi, minn dan isegwi li, meta proċedimenti ta’ ksur li jikkonċernaw privattiva rreġistrata fi Stat Membru jkunu pendenti quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor u titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità, peress li dawn il-qrati la jistgħu jiddeċiedu l-kwistjoni tal-validità u lanqas (kif inhu bħalissa r-Regolament Brussell I bis) jagħmlu domanda interlokutorja dwar il-kwistjoni lill-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni, huwa f’idejn l-allegat kontravventur (jekk huwa jew hija ma jkunx diġà għamlu dan) li jressaq proċeduri ta’ invalidità quddiem dawk l-awtoritajiet sabiex dan tal-aħħar jiddetermina dik il-kwistjoni (67).

80.      Electrolux toġġezzjona, mhux mingħajr merti, li l-“qsim” tal-kwistjonijiet ta’ ksur u ta’ validità f’żewġ proċedimenti mressqa fi Stati Membri differenti huwa diskutibbli f’termini tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Fil-fatt, dawk il-kwistjonijiet huma interrelatati mill-qrib (68). Kif spjegat fil-punt 44 iktar ’il fuq, fil-prinċipju, il-kwistjoni preliminari tal-validità tal-privattiva għandha tiġi solvuta sabiex tiġi ddeterminata l-kwistjoni prinċipali tal-ksur. Barra minn hekk, minbarra l-fatt li l-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni tapplika għaż-żewġ kwistjonijiet, dawn essenzjalment jiddependu fuq l-istess element, jiġifieri l-kostruzzjoni tat-talbiet tal-privattivi (69).

81.      Madankollu, fil-fehma tiegħi, filwaqt li ma huwiex dejjem ideali mil-lat prattiku li l-kwistjonijiet ta’ validità u ta’ ksur jiġu ddeterminati minn qrati u/jew awtoritajiet differenti (70), dan lanqas ma huwa impossibbli. Fil-fatt, f’livell nazzjonali, diversi Stati Membri bħal, milli jidher, l-Isvezja (71), adottaw “sistema ta’ biforkazzjoni” ta’ ġudizzju ta’ privattivi, li taħtha dawn il-kwistjonijiet jiġu ddeterminati minn imħallfin differenti fi proċedimenti separati u ddedikati (72).

82.      Filwaqt li l-validità u l-ksur għandhom “jinqasmu” b’dan il-mod, skont kif issostni Electrolux, minn dan ma jsegwix li meta tiġi mqajma eċċezzjoni ta’ invalidità fi proċedimenti ta’ ksur, il-qorti li tieħu konjizzjoni ta’ dawn il-proċedimenti jkollha, jew saħansitra tista’, sistematikament tinjora din l-eċċezzjoni, tippreżumi li l-privattiva hija valida u toħroġ deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni ta’ ksur, irrispettivament mill-proċedimenti ta’ invalidità li jistgħu jkunu pendenti b’mod parallel fi Stat Membru ieħor.

83.      Fil-fatt, kif isostnu BSH u l-Kummissjoni, l-Artikoli 24(4) tar-Regolament Brussell I bis ma jistgħux jiġu interpretati b’dan il-mod. Inkella, allegat kontravventur ikun kompletament imċaħħad minn waħda mill-iktar ilqugħ effettivi kontra talbiet ta’ ksur fittizji. Dan ikun jikkostitwixxi limitazzjoni inaċċettabbli tad-dritt tad-difiża tiegħu, li huwa ggarantit, inter alia, mill-Artikolu 47 tal-Karta, u li r-reġim ta’ Brussell għandu l-għan li jiżgura (73).

84.      Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, dan jista’ jwassal sabiex jingħataw sentenzi irrikonċiljabbli. Fil-fatt, minn naħa waħda, il-qrati inkarigati mill-proċedimenti ta’ ksur jistgħu jirrikonoxxu l-ksur filwaqt li, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni jistgħu sussegwentement jiddikjaraw il-privattiva invalida. Din tal-aħħar tista’ wkoll tikkonferma l-validità tal-privattiva, iżda taħt kostruzzjoni stretta tat-talbiet tagħha (li normalment teskludi konstatazzjoni ta’ ksur), filwaqt li l-qrati inkarigati mill-proċedimenti ta’ ksur jistgħu jirrikonoxxu ksur taħt kostruzzjoni wiesgħa ta’ talbiet għal privattivi (li kien iwassal lill-imħallef tal-validità sabiex jiddikjara l-privattiva invalida) (74).

85.      Kif ser nispjega iktar fit-taqsima li jmiss, hemm ċirkustanzi fejn il-qrati inkarigati mill-proċeduri ta’ ksur ikunu intitolati sabiex jippreżumu li l-privattiva hija valida u jiddeċiedu b’dan il-mod, indipendentement minn eċċezzjoni ta’ invalidità. Madankollu, f’ċirkustanzi oħra, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża ser jeħtieġ li dawk il-qrati jistennew sakemm il-validità tal-privattiva tkun ġiet iddeterminata mill-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni qabel joħorġu deċiżjoni finali u konkorrenti dwar il-ksur (75).

86.      Għalhekk, xi kultant ser ikollhom jittieħdu miżuri ta’ ġestjoni tal-każijiet u/jew proċedurali sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-proċedimenti ta’ ksur u invalidità. F’dan ir-rigward, Electrolux tosserva li la r-Regolament Brussell I bis u lanqas id-dritt tal-Unjoni b’mod ġenerali ma jipprovdu soluzzjoni f’dan ir-rigward. B’mod speċifiku, l-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-regolament jista’ jippermetti lill-qrati inkarigati mill-proċedimenti ta’ ksur jissospendu dawn il-proċeduri sakemm l-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni jkunu ddeterminaw il-validità tal-privattiva, iżda biss jekk din tal-aħħar tkun ġiet invokata l-ewwel. Din id-dispożizzjoni ma tipprovdi ebda eżenzjoni fil-każ ta’ proċedimenti ta’ invalidità sussegwenti. Madankollu, kif isostnu BSH u l-Kummissjoni, sakemm il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jippromulgax dispożizzjonijiet f’dan is-sens (76), il-qrati invokati bil-ksur jistgħu, u xi drabi għandhom, japplikaw is-soluzzjonijiet ipprovduti taħt il-liġi proċedurali tagħha (lex fori).

87.      Electrolux tirribatti li tali dipendenza fuq id-dritt proċedurali nazzjonali toħloq riskju għat-trattament uniformi tal-kawżi u tal-litiganti fl-Istati Membri, peress li qrati differenti jista’ jkollhom setgħat differenti għad-dispożizzjoni tagħhom jew jistgħu japplikawhom b’mod differenti. Madankollu, fil-fehma tiegħi, dan huwa aspett negattiv inevitabbli ieħor tas-sentenza GAT. Barra minn hekk, il-kwistjoni ma titħalliex għal kollox f’idejn id-dritt nazzjonali. Kif ser nispjega iktar fit-taqsima li jmiss, id-dritt tal-Unjoni jifforma b’mod sinjifikattiv lil dan tal-aħħar, u jiżgura grad suffiċjenti ta’ uniformità.

88.      Finalment, spiss jiġi argumentat li l-interpretazzjoni “stretta” tas-sentenza GAT lanqas ma hija ideali għall-infurzar effettiv tal-privattivi. Il-“qsim” tal-kwistjonijiet ta’ validità u ksur f’żewġ settijiet ta’ proċedimenti jżid l-ispiża u l-inkonvenjent għall-partijiet. Il-ħtieġa li l-qrati inkarigati mill-proċedimenti ta’ ksur, f’ċerti ċirkustanzi, jistennew risposta dwar il-validità mill-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni tista’ potenzjalment tittardja dawk il-proċedimenti, filwaqt li normalment tkun kwistjoni ta’ urġenza għad-detentur tal-privattiva li tali ksur jiġi ssanzjonat u pprojbit (77). Dan jista’ wkoll jinċita lil allegati kontravventuri sabiex iqajmu eċċezzjonijiet vessatorji (“torpedo”), jew idewmu t-tressiq u t-tmexxija tal-azzjoni ta’ invalidità, sabiex jipparalizzaw il-proċedimenti ta’ ksur. Filwaqt li ġeneralment naqbel ma’ dawn l-oġġezzjonijiet (kif jirriżulta mit-Taqsima 1), jibqa’ l-fatt li, miż-żewġ approċċi possibbli li tħallew fuq il-mejda wara s-sentenza GAT, dan huwa l-approċċ “l-inqas ħażin”. Barra minn hekk, il-kwistjonijiet deskritti hawn fuq jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ miżuri pragmatiċi, kif diskuss hawn taħt.

c)      Linji gwida prattiċi għallqrati nazzjonali

89.      Waqt is-seduta, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-intervenjenti ddiskutew kif qrati barra mill-Istat tar-reġistrazzjoni għandhom jaġixxu meta jisimgħu proċedimenti ta’ ksur u meta titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità. Għalkemm, kif ġie diskuss iktar ’il fuq, din hija l-iktar kwistjoni għar-regoli proċedurali ta’ dawn il-qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, fil-fehma tiegħi, kompetenti sabiex tistabbilixxi linji gwida f’dan ir-rigward. Fil-fatt, infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, dawn ir-regoli proċedurali ma jistgħux jippreġudikaw l-effet utile tar-Regolament Brussell I bis, u għandhom jiġu applikati skont dan (78). Il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim TRIPS u fid-Direttiva 2004/48 kif ukoll, fir-rigward tad-detentur tal-privattiva, id-dritt għal rimedju effettiv u, min-naħa tal-allegat kontravventur, id-drittijiet tad-difiża, it-tnejn protetti taħt l-Artikolu 47 tal-Karta, jifformaw ukoll id-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward.

90.      Meta eċċezzjoni ta’ invalidità tkun ġiet imqajma (kif suppost) (79) mill-allegat kontravventur, soluzzjoni, li spiss tiġi mressqa minn kummentaturi u diskussa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, tkun li l-qrati li jisimgħu l-proċedimenti ta’ ksur, fejn ir-regoli proċedurali tagħhom jagħtuhom is-setgħa li jagħmlu dan (li, nassumi, huwa normalment il-każ) (80), jissospendu l-proċedimenti sakemm il-validità tal-privattiva inkwistjoni tkun ġiet iddeterminata mill-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni (81).

91.      Filwaqt li din hija tabilħaqq soluzzjoni, naqbel ma’ BSH li dawk il-qrati ma għandhomx jissospendu l-proċedimenti awtomatikament. Huma għandhom, fil-fatt, iqisu l-kwistjoni bir-reqqa qabel jagħmlu dan, minħabba d-dewmien (potenzjalment sinjifikattiv) li tali miżura tkun inevitabbilment tinvolvi għar-riżoluzzjoni tal-proċedimenti ta’ ksur. Sospensjoni għandha tingħata biss meta, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48 u l-Artikolu 41 tal-Ftehim TRIPS, ikun proporzjonat u ġust li jsir hekk, u dak id-dewmien ikun “ġustifikat”. Dawn il-qrati għandhom, għalhekk, jingħataw is-setgħa diskrezzjonali li jibbilanċjaw, minn naħa waħda, ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza tal-proċedura kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv tad-detentur tal-privattiva, u, min-naħa l-oħra, l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u d-drittijiet tad-difiża tal-allegat kontravventur.

92.      B’mod speċifiku, kif isostnu BSH u l-Kummissjoni, il-qrati tal-proċedimenti ta’ ksur għandhom jevalwaw l-ewwel is-serjetà tal-kontestazzjoni ta’ invalidità. Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis ma jipprojbixxihomx milli jieħdu opinjoni preliminari dwar kif kieku l-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni jiddeċiedu l-kwistjoni (82). F’dan ir-rigward, dawn il-qrati għandhom jikkunsidraw li jagħtu sospensjoni biss meta dik il-kontestazzjoni jkollha prospett ġenwin ta’ suċċess. Fil-fatt, minħabba li l-privattivi jingħataw wara li jkun sar kontroll minn qabel tar-rekwiżit tal-jedd għall-privattiva minn uffiċċji tal-privattivi, huma jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ validità. Għalhekk, il-motivi invokati mill-allegat kontravventur għandhom jidhru, prima facie, suffiċjentement sodi sabiex iqiegħdu f’dubju din il-preżunzjoni. Fejn dan ma jkunx il-każ, dawk il-qrati jistgħu jassumu li l-privattiva hija valida u jiddeċiedu dwar il-ksur kif xieraq. Barra minn hekk, ma tantx ikun jagħmel sens, fid-dawl tal-effiċjenza tal-proċedura u d-dritt għal rimedju effettiv tad-detentur tal-privattiva, li jittardjaw il-proċedimenti ta’ ksur f’każijiet ta’ eċċezzjonijiet ta’ invalidità frivoli. Ma hemm ukoll l-ebda riskju (jew, mill-inqas, wieħed negliġibbli) ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli, peress li ma hemm l-ebda ċans (raġonevoli) li l-awtoritajiet tal-Istat tar-reġistrazzjoni sussegwentement jiddikjaraw il-privattiva invalida (83). Valutazzjoni bħal din tillimita wkoll il-possibbiltà li l-kontravventuri jqajmu difiżi foloz bħala tattiċi dilatorji (84).

93.      Fejn l-eċċezzjoni ta’ invalidità tkun serja, il-qrati inkarigati mill-proċedimenti ta’ ksur għandhom jagħtu sospensjoni. Fil-fatt, f’ċirkustanzi bħal dawn, id-drittijiet tad-difiża normalment jeħtieġu dan (85). Dan huwa meħtieġ ukoll għall-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, peress li r-riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli diskussi hawn fuq ikun sinjifikattiv. Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-proċedimenti u sabiex jiġu evitati, għal darba oħra, tattiċi dilatorji mill-allegat kontravventur, dawk il-qrati għandhom jistabbilixxu skadenza għal dan tal-aħħar sabiex iressaq proċedimenti ta’ invalidità fl-Istat tar-reġistrazzjoni (jekk ma jkunux diġà għamel hekk). Jekk l-allegat kontravventur ma jagħmilx dan, dawk il-qrati għandhom ineħħu s-sospensjoni, jassumu li l-privattiva hija valida u jiddeċiedu dwar il-ksur. Fejn tkun ingħatat tali sospensjoni, dawk il-qrati għandhom isegwu l-progress tal-proċedimenti ta’ invalidità, u jiddeċiedu li jżommu jew ineħħu s-sospensjoni, kif xieraq.

94.      Finalment, għat-tul tas-soġġorn, xejn ma jipprevjeni lill-qrati li jisimgħu l-proċedimenti ta’ ksur milli jordnaw miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi, bħal ordni interlokutorja li tipprojbixxi l-kontinwazzjoni tal-atti potenzjalment kontravventorji (hawnhekk ukoll, skont is-serjetà tal-kontestazzjoni tal-validità) (86). Fil-fatt, tali possibbiltà ġiet ippreservata espressament mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Solvay (87), u għandha tintuża fejn ikun proporzjonat sabiex jiġu ssalvagwardati d-drittijiet tad-detentur tal-privattiva.

B.      L“effett riflessiv” talArtikolu 24(4) (ittielet domanda)

95.      Mit-Taqsima A ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li, filwaqt li l-qrati Svediżi għandhom ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis, sabiex jieħdu konjizzjoni tal-proċedimenti għal ksur imressqa minn BSH, huma ma jistgħux jiddeċiedu dwar il-validità tal-partijiet tal-privattiva Ewropea allegatament miksura. Skont l-Artikolu 24(4) ta’ dan ir-regolament, il-qrati tad-diversi Stati Membri fejn dawn il-partijiet ġew ivvalidati huma esklużivament kompetenti sabiex jiddeċiedu dik il-kwistjoni.

96.      Madankollu, peress li l-azzjoni ta’ BSH hija bbażata wkoll fuq il-parti ta’ din il-privattiva Ewropea li kienet ivvalidata fit-Turkija u li Electrolux tikkontesta, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, permezz tat-tielet domanda tagħha, jekk l-Artikolu 24(4) ta’ dan ir-regolament huwiex wieħed “li japplika għal qrati ta’ [pajjiż] terz”, jiġifieri jekk, fil-kawża prinċipali, “jagħti[x] wkoll ġurisdizzjoni esklużiva” lill-qrati Torok fuq dik il-kwistjoni.

97.      Jekk tiġi kkunsidrata litteralment, din id-domanda għandha risposta ovvja. Bħala biċċa mid-dritt tal-Unjoni, ir-Regolament Brussell I bis jorbot lill-Istati Membri. Huwa jiddetermina l-ġurisdizzjoni tal-qrati tagħhom. Dak l-istrument ma jista’ possibbilment jagħti ebda tip ta’ ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ Stati terzi. L-Unjoni Ewropea ma għandha ebda kompetenza f’dan ir-rigward. Il-ġurisdizzjoni ta’ dawn il-qrati ta’ pajjiż terz tiddependi mir-regoli tagħhom stess tad-dritt internazzjonali privat.

98.      Minkejja dan, sabiex tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tillimita ruħha għal din il-konstatazzjoni awtoevidenti. Moqrija fil-kuntest tal-kawża prinċipali, huwa ċar li t-tielet domanda, essenzjalment, għandha x’taqsam mhux mal-effett pożittiv, li jagħti ġurisdizzjoni tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis, iżda mal-effett negattiv tiegħu, li jċaħħad il-ġurisdizzjoni. Dak li huwa verament inkwistjoni huwa jekk din id-dispożizzjoni ċċaħħadx lill-qrati tal-Istat Membru mis-setgħa li jiddeċiedu dwar il-validità ta’ privattivi ta’ pajjiżi terzi, bl-istess mod li dawn il-qrati huma mċaħħda fir-rigward ta’ privattivi rreġistrati fi Stati Membri oħra.

99.      Kif josserva l-Gvern Franċiż, mifhuma b’dan il-mod, din id-domanda tqajjem kwistjoni trasversali li r-rilevanza tagħha tmur lil hinn sew mill-portata ta’ din il-kawża. Fil-fatt, din tista’ tqum fir-rigward ta’ kwalunkwe suġġett li għalih l-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I bis jistabbilixxi regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva. Pereżempju, x’jiġri jekk il-qrati tal-Istati Membri jiġu invokati b’talba dwar il-validità tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli (kwistjoni indirizzata fl-Artikolu 24(1) tiegħu), iżda dik il-proprjetà tinsab fiċ-Ċina? L-istess kwistjoni tista’ tqum ukoll fir-rigward ta’ ftehimiet esklużivi dwar l-għażla tal-qorti. Meta tali ftehim jinnomina l-qrati ta’ Stat Membru, dispożizzjoni oħra ta’ dak ir-regolament, jiġifieri l-Artikolu 25, iċċaħħad lill-qrati l-oħra kollha mill-ġurisdizzjoni. Madankollu, x’jiġri jekk il-qrati ta’ Stat Membru jiġu invokati minkejja ftehim simili favur qrati ta’ Stat terz?

100. Ir-risposta għal din il-kwistjoni, għall-kuntrarju, hija oskura ħafna. Fil-fatt, iġġenerat dibattitu sinjifikattiv fil-kitba akkademika u quddiem il-qrati nazzjonali. Sa issa, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma pprovdietx risposta ċara u komprensiva. Kif ser nispjega fid-dettall fit-taqsimiet li ġejjin, il-kumplessità tal-kwistjoni tirriżulta mill-fatt li, fir-rigward tal-portata territorjali tiegħu, ir-reġim ta’ Brussell ibati minn dak li jien insejjaħlu “difett fid-disinn” (1), li jirrikjedi riflessjoni iktar fil-fond dwar l-aħjar mod sabiex “jimtlew il-lakuni” ta’ dan ir-reġim fir-rigward ta’ dawk ix-xenarji (2).

1.      Id“difett fid-disinn” tarreġim ta’ Brussell

101. Id-“difett fid-disinn” imsemmi hawn fuq huwa r-riżultat ta’ paradoss. Minn naħa waħda, huwa ċar li l-portata territorjali tar-Regolament Brussell I bis testendi għal tilwim li jkollu konnessjonijiet b’saħħithom ma’ Stati terzi. Fil-fatt, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, interpretat fid-dawl tas-sentenza seminali fil-kawża Owusu (88), dan ir-regolament huwa applikabbli, ratione territoriae, għal kwalunkwe tilwima transkonfinali fejn il-konvenut ikun, bħal Electrolux f’din il-kawża, iddomiċiljat fi Stat Membru; dan ma jfissirx biss tilwim “intra-UE”. It-tilwim li, lil hinn mis-sede ta’ dak il-litigant, huwa konness ma’ Stati terzi huwa kopert wkoll, anki meta s-suġġett ikun relatat mill-qrib ma’ tali Stat jew fejn ikun hemm ftehim ta’ għażla tal-qorti favur qrati ta’ Stati terzi (89). Fil-prinċipju, huwa biss fejn il-konvenut ma jkunx iddomiċiljat fl-Unjoni Ewropea li l-kwistjoni tiġi eskluża mill-portata ta’ dan ir-regolament, skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament.

102. Min-naħa l-oħra, ir-reġim ta’ Brussell ma kienx fil-fatt iddisinjat għal tilwim marbut ma’ Stati terzi. Dak ir-reġim kien, fil-biċċa l-kbira tiegħu, abbozzat bil-ħsieb ta’ tilwim “intra-UE”. L-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis juru dan b’mod ċar. Il-kliem tal-ewwel dispożizzjoni jillimitaw il-portata tagħha għal tilwim, li s-suġġett tagħhom huwa marbut mill-qrib ma’ “Stat Membru”. It-tieni tirreferi għal ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti fir-rigward tal-“qrati ta’ Stat Membru”, biss. Ix-xenarju ta’ tilwim li jkollu konnessjonijiet simili ma’ Stati terzi ma kienx previst meta tfasslu dawk ir-regoli. Bħala riżultat, dan ir-reġim huwa ġeneralment sieket dwar l-effett, jekk ikun hemm, li tali konnessjonijiet għandu jkollhom fuq il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri (90).

2.      “Ilmili tallakuni” tarreġim ta’ Brussell

103. Meta qorti ta’ Stat Membru tiġi invokata b’tilwima li, minn naħa waħda, tinvolvi konvenut tal-Unjoni iżda, min-naħa l-oħra, tkun konnessa b’mod qawwi ma’ Stat terz (minħabba li tikkonċerna suġġett relatat mill-qrib ma’ dak l-Istat, jew minħabba li tkun koperta minn ftehim esklużiv dwar l-għażla tal-qorti favur il-qrati tiegħu), is-silenzju ġenerali tar-Regolament Brussell I bis dwar il-kwistjoni jħalli miftuħa d-domanda ta’ kif għandha tipproċedi din il-qorti. Tliet risposti possibbli jistgħu jinħarġu mil-letteratura u mid-dibattitu li sar quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża.

104. F’estrem wieħed insibu l-ewwel risposta, li ma ġiet sostnuta minn ebda intervenjent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont liema l-Artikolu 24 jew l-Artikolu 25 tar-Regolament Brussell I bis japplikaw, b’analoġija, f’dak ix-xenarju. Għaldaqstant, skont id-dispożizzjoni rilevanti, qorti ta’ Stat Membru tkun imċaħħda mill-ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tali tilwima u tkun marbuta li tiċħad il-proċedimenti.

105. Fl-estrem l-ieħor insibu t-tieni risposta, sostnuta minn BSH, il-Gvern Franċiż (kontra qalbu) (91) u l-Kummissjoni, li skonthom japplikaw ir-regoli ġenerali ta’ dak ir-regolament minflok. Bħala riżultat, fost l-oħrajn, il-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut huwa ddomiċiljat ikollhom ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis. Barra minn hekk, huma jkunu marbuta li jeżerċitawha u, għalhekk, li jiddeterminaw il-każ, ħlief f’ċerti ċirkustanzi limitati.

106. Fin-nofs bejn dawn iż-żewġ estremi insibu t-tielet risposta, sostnuta minn Electrolux. Din tikkorrispondi għat-teorija tal-“effett riflessiv” (effet réflexe) żviluppata ħafna snin ilu minn Droz (92). Din fil-qosor tfisser li filwaqt li qorti ta’ Stat Membru jista’ jkollha ġurisdizzjoni taħt dan ir-regolament fuq tilwima li tinkludi tali konnessjonijiet ma’ Stat terz, hija tista’ tirrifjuta li teżerċitaha, meta din “tirrifletti” s-sistema stabbilita fih.

107. Fil-fehma tiegħi, iż-żewġ risposti estremi għandhom jiġu miċħuda u tiġi approvata dik tan-nofs. Tabilħaqq, kif ser nispjega fit-taqsimiet ta’ hawn taħt, minħabba li l-Artikoli 24 u 25 possibbilment ma jistgħux japplikaw f’tali ċirkustanzi (a), ir-regoli ġenerali tar-Regolament jistgħu japplikaw minflok (b); madankollu, qorti ta’ Stat Membru ma tistax tkun marbuta li teżerċita l-ġurisdizzjoni li tirriżulta minn dawk ir-regoli f’sitwazzjonijiet bħal dawn (c). Wara dan ser niċċara l-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tirrifjuta l-ġurisdizzjoni b’mod leġittimu (d).

a)      LArtikoli 24 u 25 ma jistgħux japplikaw

108. Għalkemm parti mil-letteratura tissuġġerixxi l-kuntrarju (93), huwa ċar, fil-fehma tiegħi, li l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis ma jistgħux japplikaw, bħala tali, għal tilwim li jkollu konnessjonijiet tat-tip previst fih ma’ Stati terzi.

109. Tali interpretazzjoni tkun f’kunflitt dirett mal-kliem espress ta’ dawk iż-żewġ artikoli, li, kif indikat iktar ’il fuq, huma limitati għal tilwim, li s-suġġett tiegħu huwa marbut mill-qrib ma’ “Stat Membru”, u ftehimiet tal-għażla tal-qorti li jinnominaw il-qrati ta’ “Stat Membru” (94). Barra minn hekk, l-estensjoni tal-portata ta’ dawn id-dispożizzjonijiet permezz ta’ raġunament analogu għal xenarji simili li jinvolvu Stati terzi tkun inkompatibbli mal-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet, kif isostnu BSH, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrifjutat li tagħmel dan. Fis-sentenza IRnova, hija ddeċidiet li, peress li l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis “ma jipprevedix” tilwim dwar il-validità ta’ privattivi ta’ Stati terzi, “din id-dispożizzjoni ma tistax titqies bħala applikabbli” f’tali sitwazzjoni (dan ir-raġunament huwa trasponibbli għad-dispożizzjonijiet kollha tal-Artikolu 24) (95). Bl-istess mod, fis-sentenza tagħha Coreck Maritime (96), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fir-rigward tar-regola ekwivalenti għall-Artikolu 25 stabbilita fil-Konvenzjoni ta’ Brussell, li “kif inhu ċar mill-kliem ta’ […] l-Artikolu 17”, din “ma tapplikax għal [ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti] li jinnominaw qorti [fi Stat] terz” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

110. Barra minn hekk, kif josserva l-Gvern Franċiż, is-sistema stabbilita skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis, li bis-saħħa tagħha l-qrati tal-Istati Membri huma obbligati li jċedu l-ġurisdizzjoni favur il-qrati indikati f’dawn id-dispożizzjonijiet, tagħmel sens għal tilwim “intra-UE” biss. F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont dak ir-regolament, fejn qorti waħda ma jkollha l-ebda ġurisdizzjoni, ikollha l-ġurisdizzjoni qorti oħra. Dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ tilwim “estern”. Kif semmejt qabel, il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stati terzi tiddependi mir-regoli tagħhom stess tad-dritt internazzjonali privat. Filwaqt li dawk il-qrati normalment iqisu lilhom infushom kompetenti fejn il-kwistjoni kkontestata tkun relatata mill-qrib mat-territorju tagħhom, jew fejn tkun magħżula fi ftehim ta’ ġurisdizzjoni, dan jista’ ma jkunx dejjem il-każ. Kieku l-qrati tal-Istat Membru kellhom jiġu mċaħħda mill-ġurisdizzjoni f’sitwazzjoni bħal din, ikun hemm ċaħda ta’ ġustizzja. Barra minn hekk, l-obbligu strett, kważi awtomatiku għall-qrati tal-Istat Membru li jressqu l-litiganti quddiem qrati oħra taħt l-Artikoli 24 u 25 huwa ġġustifikat mill-“fiduċja reċiproka” li dawn l-Istati jagħtu lill-istituzzjonijiet ġudizzjarji ta’ xulxin (97). Din il-“fiduċja” ma testendix għal Stati terzi. Ma jistax jiġi preżunt li l-litiganti jkollhom proċess ġust fi Stati bħal dawn. Jista’ anki jiġi eskluż f’ċerti każijiet.

b)      Irregoli ġenerali tarregolament japplikaw minflok

111. Kif isostnu BSH, Electrolux, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni, peress li l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis ma humiex applikabbli fir-rigward ta’ tilwim li jkollu konnessjonijiet tat-tip previst fih ma’ Stati terzi, il-konsegwenza loġika, fis-sistema stabbilita taħt dan ir-regolament, hija li, minflok, japplikaw ir-regoli ġenerali. Minn dan isegwi li, inter alia, il-qrati tal-Istat Membru fejn ikun iddomiċiljat il-konvenut ikollhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ din it-tilwima, taħt l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-regolament.

112. Din l-interpretazzjoni sistematika hija sostnuta minn diversi rapporti uffiċjali li jakkumpanjaw l-istrumenti ta’ Brussell (98). Fuq kollox, ġiet approvata b’mod impliċitu (iżda pjuttost ċar) mill-Qorti tal-Ġustizzja, (il-Qorti Plenarja) fl-Opinjoni 1/03 (il-Konvenzjoni Ġdida ta’ Lugano) (99). Għal dawn il-finijiet, huwa biżżejjed li jitfakkar li din id-deċiżjoni kienet tikkonċerna jekk l-Unjoni kellhiex kompetenza esklużiva li tikkonkludi l-Konvenzjoni ta’ Lugano II, li kien jiddependi, min-naħa tagħha, fuq jekk din tal-aħħar kinitx “taffettwa” r-reġim ta’ Brussell (100). Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li iva, din kienet taffettwah. Hija spjegat li, fir-rigward ta’ tilwim li jinvolvi konvenut iddomiċiljat fi Stat Membru iżda li huwa relatat mill-qrib ma’ Stat terz parti għal dik il-konvenzjoni, jew koperti minn ftehim ta’ għażla tal-qorti favur il-qrati tiegħu, il-konvenzjoni futura tagħti ġurisdizzjoni esklużiva lill-Istat terz (101), filwaqt li, taħt dak ir-regolament, il-qrati ta’ dak l-Istat Membru jkollhom ġurisdizzjoni (102).

c)      Ilqrati talIstati Membri ma jistgħux ikunu marbutin sabiex jeżerċitaw ġurisdizzjoni li jiksbu mirregoli ġenerali tarRegolament

113. Filwaqt li, b’mod notevoli, il-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut huwa ddomiċiljat ikollhom ġurisdizzjoni fuq tilwim li jkollu tali konnessjonijiet ma’ Stati terzi taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis, jiena ma naqbilx mal-fehma, sostnuta minn BSH, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni, li dawn il-qrati huma obbligati jeżerċitaw dik il-ġurisdizzjoni, ħlief f’ċirkustanzi limitati. Fil-fehma tiegħi, tali approċċ la huwa meħtieġ mill-kliem ta’ dan ir-regolament u l-ġurisprudenza relatata (1), u lanqas huwa konformi mal-għanijiet tar-reġim ta’ Brussell (2). Il-fatt li ftehimiet internazzjonali jistgħu, f’ċerti sitwazzjonijiet, jirrimedjaw id-diffikultajiet li tali interpretazzjoni kieku tiġġenera ma jiġġustifikax l-approvazzjoni tagħha (3), u lanqas l-intenzjoni allegata tal-leġiżlatur tal-Unjoni (4).

1)      Ittermini tarregolament u lġurisprudenza relatata

114. L-argument prinċipali mressaq minn BSH, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni huwa bbażat fuq it-test tar-Regolament Brussell I bis. Fil-fehma tagħhom, jirriżulta mit-termini tal-Artikolu 4(1) tiegħu (“Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom […] jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru”) li, fil-prinċipju, il-ġurisdizzjoni taħt dik id-dispożizzjoni hija obbligatorja. Dan ifisser li, meta l-qrati ta’ dak l-Istat jiġu invokati, huma ġeneralment ikunu marbuta sabiex jieħdu konjizzjoni u jiddeterminaw il-każ. Barra minn hekk, fis-sentenza Owusu, il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tad-dispożizzjoni ekwivalenti tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (l-Artikolu 2), kellha l-opinjoni stretta li “tista’ jsir deroga mir-regola tal-prinċipju li huwa jipprovdi fil-każijiet speċifikament previst” mir-reġim ta’ Brussell (103). F’dik il-kawża, il-qrati tar-Renju Unit (li dak iż-żmien kien Stat Membru) kienu ġew invokati b’tilwima kontra, inter alia, konvenut iddomiċiljat f’dan l-Istat, dwar delitt li kien seħħ il-Ġamajka. L-ewwel domanda magħmula minn dawn il-qrati kienet jekk kellhomx permess li jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni favur il-qrati tal-Ġamajka, skont id-duttrina tad-dritt komuni (“Common Law”) ta’ forum non conveniens (104).  Il-Qorti tal-Ġustizzja wieġbet fin-negattiv, għar-raġuni li r-reġim ta’ Brussell ma fihx tali eċċezzjoni (105).

115. Għal dawn l-intervenjenti, peress li r-Regolament Brussell I bis ma jipprovdix espressament eċċezzjonijiet għal tilwim li s-suġġett tagħhom huwa marbut mill-qrib ma’ Stati terzi, jew kopert minn ftehim ta’ għażla tal-qorti favur qrati ta’ Stati terzi, jirriżulta li l-qrati tal-Istat Membru, meta jiġu invokati b’tali tilwima u kompetenti skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, ikunu marbuta li jieħdu konjizzjoni u jiddeterminaw il-każ. Huma jistgħu jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni biss fiċ-ċirkustanzi speċifiċi previsti minn ċerti regoli miżjuda mil-leġiżlatur tal-Unjoni bl-adozzjoni tar-Regolament Brussell I bis, jiġifieri l-Artikoli 33 u 34 tiegħu, jiġifieri fil-każ ta’ proċedimenti konkorrenti fi qrati ta’ Stati terzi, u biss fejn it-tilwima kienet diġà pendenti quddiem dawn tal-aħħar meta ġew invokati l-qrati tal-Istati Membri (106).

116. Fil-fehma tiegħi, dawn huwa raġunament simplistiku.

117. L-ewwel, li, mis-sempliċi assenza ta’ dispożizzjonijiet iddedikati għal tilwim marbuta b’mod qawwi ma’ Stati terzi fir-Regolament Brussell I bis, jiġi dedott li l-qrati tal-Istati Membri huma ġeneralment obbligati li jinjoraw dawn ir-rabtiet u li jiddeċiedu fuq tali każijiet hija loġika żbaljata. Fil-fatt, hija tinjora l-fatt li, kif indikat fil-punt 102 iktar ’il fuq, dan l-istrument ma kienx imfassal b’kunsiderazzjoni ta’ dan it-tilwim. Dan il-fatt jispjega s-silenzju ġenerali tat-test dwar il-kwistjoni, u għaliex, fil-fehma tiegħi, ma jistgħux jittieħdu minnu konsegwenzi pożittivi (107).

118. It-tieni, wieħed lanqas ma jista’ jiddeduċi b’mod raġonevoli, mis-sempliċi fatt li l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament Brussell I bis issa jippermettu espressament lill-qrati tal-Istati Membri jiċħdu ġurisdizzjoni, inter alia, fuq tali tilwim fejn proċedimenti konkorrenti jkunu pendenti fil-qrati ta’ Stat terz, li kwalunkwe possibbiltà li tagħmel dan hija eskluża fix-xenarji l-oħra kollha. Għal darba oħra, it-test ta’ dak ir-regolament huwa sempliċement silenzjuż dwar din il-kwistjoni. Fil-fatt, xejn fil-kliem ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jew fil-premessi relatati ma jindika li huma intiżi sabiex jirregolaw b’mod eżawrjenti l-possibbiltà għall-qrati tal-Istati Membri li jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni favur il-qrati ta’ Stati terzi (108).

119. It-tielet, is-sentenza Owusu, iċċitata iktar ’il fuq, ma tipprovdi l-ebda awtorità għall-interpretazzjoni litterali ssuġġerita minn BSH, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni. Huwa veru li, il-Qorti tal-Ġustizzja fformulat id-dikjarazzjoni tagħha dwar l-uniċi derogi possibbli għall-effett obbligatorju ta’ (dak li issa hu) l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis li huma dawk espressament previsti fih f’termini li ma humiex ikkwalifikati. Madankollu, fl-istess ħin, hija rrifjutat li tirrispondi t-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju, li kienet tikkonċerna, speċifikament, jekk il-qrati tal-Istati Membri humiex obbligati li jeżerċitaw ġurisdizzjoni anki meta jkunu invokati b’tilwim li s-suġġett tiegħu jkun marbut mill-qrib ma’ Stati terzi, jew minkejja ftehimiet ta’ għażla tal-qorti li jinnominaw qrati ta’ Stati terzi, peress li dawn is-sitwazzjonijiet ma kinux inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Ovvjament, li kieku dik id-dikjarazzjoni kellha l-għan li tkopri dawk is-sitwazzjonijiet ukoll, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet tirrispondi għaż-żewġ domandi flimkien. Minflok, hija speċifikament eskludiethom mis-sentenza tagħha (109).

120. Finalment, mill-inqas żewġ deċiżjonijiet oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ma ġewx diskussi minn dawn l-intervenjenti u mogħtija rispettivament qabel u wara s-sentenza Owusu, jindikaw (b’mod pjuttost ċar, fil-fehma tiegħi) li l-qrati tal-Istati Membri, fil-fatt, ma humiex marbuta li jieħdu konjizzjoni u jiddeterminaw tilwim li jkollu konnessjonijiet daqshekk mill-qrib ma’ Stati terzi, minkejja l-assenza ta’ dispożizzjonijiet espressi f’dan is-sens fir-reġim ta’ Brussell.

121. Fis-sentenza Coreck Maritime, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li ddeċidiet li l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ma huwiex “applikabbli” għal ftehimiet ta’ għażla tal-qorti li jinnominaw qrati ta’ Stati terzi, speċifikat immedjatament li, jekk tiġi invokata minkejja tali ftehim, il-qorti tal-Istat Membru “għandha […] tevalwa l-validità tal-[ftehim] skont il-liġi applikabbli, inklużi r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet, fejn ikollha s-sede tagħha” (110). L-implikazzjoni loġika ta’ dan ir-raġunament hija li, jekk din il-qorti tqis li dan il-ftehim huwa validu, hija tista’ tagħtih effett u tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur il-qrati nnominati.

122. Fis-sentenza Mahamdia, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-qrati ta’ Stat Membru, li kellhom ġurisdizzjoni fuq tilwima ta’ impjieg skont ir-regoli protettivi (dak iż-żmien) stabbiliti għal tali kwistjonijiet fir-Regolament Brussell I, ma setgħux jagħtu effett lil ftehim tal-għażla tal-qorti li jinnomina l-qrati ta’ Stat terz. Madankollu, b’mod kruċjali, hija għamlet dan għar-raġuni li l-ftehim inkwistjoni ma kienx jirrispetta l-limiti stabbiliti fir-reġim ta’ Brussell fir-rigward tal-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tal-impjieg (111). L-implikazzjoni loġika hija li, fejn dawn il-limiti jiġu rrispettati (ara, iktar ’il quddiem, il-punt 150 ta’ hawn taħt), il-qrati tal-Istati Membri huma permessi li jagħtu effett lill-ftehimiet ta’ ġurisdizzjoni favur qrati ta’ Stati terzi (112).

123. Għalkemm dawn is-sentenzi kienu jikkonċernaw ftehimiet tal-għażla tal-qorti, l-idea ġenerali li toħroġ minnhom (li l-qrati tal-Istati Membri jistgħu, f’ċerti sitwazzjonijiet, ma jeżerċitawx ġurisdizzjoni, anki fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet espliċiti f’dan is-sens fir-reġim ta’ Brussell) hija, fil-fehma tiegħi, trasponibbli għal tilwim li s-suġġett tagħhom huwa relatat mill-qrib ma’ Stati terzi.

2)      Linterpretazzjoni teleoloġika u konsistenti tarRegolament

124. Fir-rigward tal-prinċipji, jidhirli li, filwaqt li, kif indikat hawn fuq, ma jkunx mixtieq li l-qrati tal-Istati Membri jiġu mċaħħda kompletament mill-ġurisdizzjoni fuq tilwim li jkollu konnessjonijiet tat-tip previst fl-Artikolu 24 jew l-Artikolu 25 tar-Regolament Brussell I bis ma’ Stati terzi, ma jkunx ġustifikabbli li dawk il-qrati jiġu obbligati jiddeċiedu dwaru.

125. L-ewwel, tali interpretazzjoni hija differenti mir-raġunijiet stess, relatati mal-prinċipji fundamentali, li jsostnu l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis.

126. Ir-raison d’être ta’ (il-biċċa l-kbira) tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I bis hija, infakkar, id-deferenza dovuta għal ċerti drittijiet u interessi sovrani. It-tilwim dwar drittijiet in rem fi proprjetà immobbli (l-Artikolu 24(1) ta’ dan ir-regolament) imiss is-sovranità tradizzjonali tal-Istati li jikkontrollaw l-art fi ħdan il-fruntieri tagħhom. Dawk ikkonċernati bil-validità ta’ annotazzjonijiet f’reġistri pubbliċi jew privattivi (l-Artikolu 24(3) u (4) tiegħu) jikkontestaw il-funzjonament tal-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti. Dawk dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi (l-Artikolu 24(5) tiegħu) jikkonċernaw direttament id-dritt, riżervat għall-Istati, li jeżerċitaw is-setgħa ta’ infurzar fit-territorju tagħhom. L-Istati ma jaċċettawx li l-qrati barranin jinterferixxu ma’ kwistjonijiet bħal dawn. Jistgħu jiġu aġġudikati biss mit-tribunali “tagħhom” (113).  B’mod notevoli, dik il-politika kienet ikkunsidrata tant importanti mil-leġiżlatur tal-Unjoni li pprovda li l-Artikolu 24 tar-Regolament I bis japplika hekk kif id-drittijiet u l-interessi sovrani ta’ Stat Membru jkunu fir-riskju, irrispettivament mid-domiċilju tal-konvenut (114).

127. Għaldaqstant, ma narax il-loġika wara l-allegazzjoni li l-qrati ta’ Stat Membru huma, minn naħa waħda, ipprojbiti milli jaġġudikaw dwar il-validità ta’ titolu ta’ art li tinsab fi Stat Membru ieħor jew l-adegwatezza tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni meħuda mill-awtoritajiet tiegħu (u l-bqija), iżda huma, min-naħa l-oħra, ġeneralment mogħtija mandat sabiex jagħmlu eżattament dan fejn ikun ikkonċernat Stat terz. Il-kunċett li, fil-kawża prinċipali, il-qrati Svediżi huma pprojbiti milli jaġġudikaw il-validità ta’, ngħidu aħna, il-parti Ġermaniża tal-privattiva Ewropea inkwistjoni, anki bħala sempliċi domanda preliminari, iżda kienu jkunu obbligati, li kieku ġew invokati f’dan is-sens, sabiex joħorġu dikjarazzjoni dwar il-validità ta’ dik Torka, ma tagħmilx sens; l-istess drittijiet u interessi sovrani jkunu rrispettati fl-ewwel każ, iżda kompletament miċħuda fit-tieni wieħed (115).

128. Tali interpretazzjoni tar-Regolament Brussell I bis tkun diskutibbli mill-perspettiva tad-dritt internazzjonali pubbliku. Għalkemm il-kwistjoni hija kkontestata, l-opinjoni tal-maġġoranza hija li d-dritt internazzjonali jistabbilixxi konfini għall-ġurisdizzjoni ġudizzjarja tal-Istati fuq kwistjonijiet ċivili (116).  Huwa veru li, kif issostni l-Kummissjoni, meta l-konvenut f’tilwima ċivili jkun iddomiċiljat fi Stat Membru, tali konnessjoni mat-territorju tiegħu normalment tagħti d-dritt lil dan tal-aħħar, fid-dritt internazzjonali pubbliku, li jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Madankollu, fejn dik it-tilwima taffettwa d-drittijiet ta’ Stat ieħor, it-talba tiegħu għall-ġurisdizzjoni jkollha importanza kbira. Il-post tad-domiċilju tal-konvenut bilkemm jista’ jservi bħala ġustifikazzjoni għall-ewwel Stat sabiex jindaħal fl-affarijiet domestiċi tat-tieni wieħed. Dan jista’ jitqies bħala ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza sovrana (117). Ir-Regolament Brussell I bis għandu jiġi interpretat b’mod konsistenti ma’ dawn il-prinċipji fundamentali (118). Is-sistema stabbilita f’dan ir-regolament ma hijiex iżolata mill-bqija tad-dinja u ma tistax tinvalida għal kollox it-talbiet għal ġurisdizzjoni esklużiva ta’ Stati terzi.

129. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 25 tar-Regolament Brussell I bis jirrifletti politika favur l-awtonomija tal-partijiet. Il-leġiżlatur tal-Unjoni sab li huwa mixtieq li tiġi promossa l-kapaċità li l-imsieħba kuntrattwali “jagħżlu l-qrati tagħhom” (119). Permezz tar-riżoluzzjoni tal-kwistjoni dwar liema qorti (jew qrati) taġġudika minn qabel it-tilwim potenzjali li jirriżulta minn kuntratti, il-ftehimiet tal-għażla tal-qorti jżidu ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tal-litigazzjoni, li, min-naħa tagħha, trawwem il-kummerċ internazzjonali (dan jispjega l-użu frekwenti ta’ dak l-istrument min-negozji). Għal darba oħra, il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li din il-politika tant hija importanti li, fejn il-qrati ta’ Stat Membru jkunu nnominati f’tali ftehim, huwa ordna, bħala prinċipju (120),  li kwalunkwe qrati oħra jċedu l-ġurisdizzjoni lill-qrati magħżula mill-partijiet, u li l-Artikolu 25 japplika irrispettivament mid-domiċilju tal-konvenut (121).

130. Għaldaqstant, ma narax għal darba oħra il-loġika wara l-allegazzjoni li l-qrati tal-Istati Membri għandhom, minn naħa waħda, ikunu marbuta sabiex jinfurzaw ftehim dwar l-għażla tal-qorti favur il-qrati ta’ Stat Membru ieħor iżda, min-naħa l-oħra, ġeneralment għandhom jinjoraw ftehimiet simili li jinnominaw qrati ta’ Stati terzi. Dan ifixkel il-politika segwita fir-reġim ta’ Brussell. Ir-rieda tal-partijiet tiġi rrispettata fl-ewwel każ, iżda miċħuda fit-tieni wieħed. Jekk il-qrati tal-Istati Membri jkunu meħtieġa jassumu ġurisdizzjoni minkejja tali ftehim, dawk l-istrumenti jitilfu l-għan tagħhom li jiżguraw iċ-ċertezza legali. Pereżempju, kumpannija bbażata fl-Unjoni Ewropea u kumpannija stabbilita fl-Istati Uniti ma jistgħux jilħqu kompromess vinkolanti favur il-qrati ta’ New York (l-Istati Uniti). Il-kumpannija Amerikana tista’ tikser l-impenn tagħha b’mod liberu billi tressaq lil xi ħadd quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija tal-Unjoni. Jekk jiġu invokati l-ewwel, dawk il-qrati ma jkollhomx permess jinfurzaw il-ftehim inkwistjoni (122).

131. Tali interpretazzjoni tar-Regolament Brussell I bis, għal darba oħra, tkun dubjuża mill-perspettiva tar-regoli ġenerali, jiġifieri, din id-darba, id-drittijiet fundamentali. Fil-fatt, l-awtonomija tal-partijiet hija espressjoni tal-libertà kuntrattwali, li hija protetta taħt id-dritt tal-Unjoni, inter alia, mill-Artikolu 16 tal-Karta (123). Din il-libertà timplika li, bħala prinċipju, is-sistema legali ta’ Stat tagħti effett lir-rieda tal-partijiet f’kuntratt. Kieku l-qrati tal-Istati Membri kellhom ikunu pprojbiti, taħt interpretazzjoni estrema tal-“effett obbligatorju” tar-Regolament Brussell I bis, milli jagħtu effett lill-ftehimiet tal-għażla tal-qorti favur qrati ta’ Stati terzi, dan ikun jinvolvi effett sever u, fil-fehma tiegħi, limitazzjoni inġustifikabbli għal dik il-libertà (124). Għaldaqstant, din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi approvata mill-Qorti tal-Ġustizzja (125).

132. Fit-tieni lok, din l-interpretazzjoni tmur ukoll kontra l-għanijiet ġenerali tar-reġim ta’ Brussell. Notevolment, jidhirli li l-obbligazzjoni li l-qrati tal-Istati Membri, fejn ikunu kompetenti skont ir-regoli tar-Regolament Brussell I bis, jiddeċiedu l-validità ta’ titoli ta’ proprjetà li jinsabu f’territorji ta’ Stat terz, jew ta’ privattivi ta’ Stat terz (u l-bqija), jew tilwim kopert minn ftehimiet ta’ għażla tal-qorti li jinnominaw qrati ta’ Stati terzi, bilkemm jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali li dak ir-regolament jipprova jikseb f’termini ta’ ġurisdizzjoni.

133. Dan huwa ovvju, b’mod partikolari, fir-rigward tal-ftehimiet tal-għażla tal-qorti. Il-partijiet jistennew li l-qrati magħżula minnhom biss jieħdu konjizzjoni u jiddeterminaw it-tilwima potenzjali tagħhom. Il-fatt li xi qrati ta’ Stat Membru jistgħu jkunu obbligati li tiddeċiedi minkejja tali ftehim ikisser dawk l-aspettattivi.

134. Barra minn hekk, kif issostni Electrolux, tali soluzzjoni bilkemm tikkontribwixxi għal amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Fil-fatt, filwaqt li d-deċiżjonijiet li jagħtu l-qrati tal-Istati Membri fuq tali tilwim jitqiesu validi fl-Unjoni Ewropea (preċiżament minħabba li jolqtu kwistjoni sovrana jew minħabba li jkunu ngħataw bi ksur ta’ għażla ta’ ftehim tal-qorti), x’aktarx li jiġu injorati fl-Istati terzi inkwistjoni (126). B’mod ċar, deċiżjoni dwar il-validità ta’ titolu ta’ proprjetà, jew ta’ privattiva, ma jkollhiex wisq valur jekk ma tkunx tista’ tiġi infurzata fl-Istat fejn tinsab il-proprjetà jew il-privattiva rreġistrata. Fir-rigward ta’ deċiżjoni mogħtija bi ksur ta’ ftehim dwar l-għażla tal-qorti, filwaqt li r-rikorrent jista’ jsib xi vantaġġ strateġiku meta jressaq proċedimenti fl-Istat Membru fejn ikun iddomiċiljat il-konvenut (peress li ġeneralment l-assi ta’ dan tal-aħħar ikunu jinsabu f’dak l-Istat), minħabba li s-sentenza tiġi miċħuda mill-effett fl-Istat terz magħżul inizjalment, xejn ma jipprevjeni li l-istess tilwima milli tiġi aġġudikata mill-ġdid hemmhekk mill-parti l-oħra. Barra minn hekk, f’dawk ix-xenarji kollha, jistgħu jispiċċaw jingħataw deċiżjonijiet irrikonċiljabbli minn qrati ta’ Stati Membri u ta’ Stati terzi dwar l-istess tilwima.

3)      Ilkonvenzjonijiet internazzjonali ma jipprovdux risposta komprensiva

135. Il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni josservaw li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament Brussell I bis, soluzzjoni għall-oġġezzjonijiet espressi iktar ’il fuq tista’ tinstab fil-konvenzjonijiet internazzjonali li jittrattaw il-ġurisdizzjoni f’materji ċivili, li jorbtu lill-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha. Taħt ċerti kundizzjonijiet (127), konvenzjonijiet bħal dawn jieħdu preċedenza fuq ir-reġim ta’ Brussell. Fejn dawk il-konvenzjonijiet ikunu applikabbli, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri tkun irregolata mir-regoli tagħhom minflok. Iż-żewġ strumenti ewlenin (128) f’dan ir-rigward huma l-Konvenzjoni ta’ Lugano II u l-Konvenzjoni ta’ Den Haag tat‑30 ta’ Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Qorti (129). L-ewwel waħda tinkludi dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis. It-tieni tordna l-infurzar, mill-qrati tal-partijiet kontraenti, tal-ftehimiet esklużivi dwar l-għażla tal-qorti.

136. Huwa veru li, dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali jipprovdu soluzzjoni ideali għall-kwistjonijiet diskussi iktar ’il fuq. Huma jiżguraw li l-qrati tal-Istati Membri jirrispettaw id-drittijiet u l-interessi tal-Istati terzi involuti, kif ukoll dawk tal-partijiet privati li jkunu lesti li jafdaw it-tilwim tagħhom lil ċerti qrati ta’ Stati terzi. Huma jiggarantixxu wkoll ir-reċiproċità mill-Istati kkonċernati, kif ukoll ir-rikonoxximent u l-infurzar, fil-partijiet kontraenti kollha, tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati tal-kontropartijiet tagħhom.

137. Madankollu, is-soluzzjoni hekk provduta hija inevitabbilment parzjali (ħafna). Min-natura tagħhom, dawn il-konvenzjonijiet jieħdu preċedenza fuq ir-reġim ta’ Brussell biss fil-każijiet fejn l-Istat terz ikkonċernat mit-tilwima, jew li l-qrati tiegħu kienu nnominati permezz ta’ ftehim tal-għażla tal-qorti, ikun parti fil-konvenzjoni inkwistjoni (130). F’dan ir-rigward, pereżempju, il-Konvenzjoni ta’ Lugano II torbot biss, minbarra l-Istati Membri, lill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u lill-Konfederazzjoni Svizzera. Hija ma toffri l-ebda soluzzjoni fejn il-privattiva inkwistjoni tkun, bħal f’din il-kawża, irreġistrata fit-Turkija. Bl-istess mod, sal-lum, ftit Stati terzi biss huma marbuta bil-Konvenzjoni ta’ Den Haag (131). Għalhekk, konvenzjonijiet bħal dawn jipprovdu soluzzjoni għall-kwistjonijiet diskussi hawn fuq għal xi sitwazzjonijiet biss.

138. Ovvjament, iktar ma jipparteċipaw Stati terzi f’tali konvenzjonijiet internazzjonali mal-Unjoni Ewropea, speċjalment il-Konvenzjoni ta’ Den Haag, iktar konvenzjonijiet bħal dawn isiru rilevanti fil-litigazzjoni internazzjonali u jikkontribwixxu għaċ-ċertezza tal-qasam. Madankollu, b’mod pragmatiku, qatt ma jkun il-każ li kull Stat terz fid-dinja, jew kważi l-maġġoranza tagħhom, ser jagħmel dan. Għalhekk, is-soluzzjonijiet multilaterali ma jtaffux (u qatt ma huma ser itaffu) l-ħtieġa għal soluzzjonijiet unilaterali sodi fir-reġim ta’ Brussell. L-obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar tilwim konness mill-qrib ma’ Stati terzi ma huwiex wieħed minnhom.

4)      Lallegata “intenzjoni ċara” talleġiżlatur talUnjoni

139. BSH, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni madankollu jargumentaw, jew mill-inqas jimplikaw, li l-“intenzjoni ċara” tal-leġiżlatur tal-Unjoni, meta adotta r-Regolament Brussell I bis, kienet li l-qrati tal-Istati Membri, fejn ikunu kompetenti taħt dan l-istrument, ikunu obbligati li jieħdu konjizzjoni u jiddeterminaw tilwim li jkollu konnessjonijiet qawwija ma’ Stati terzi, ħlief fejn japplikaw l-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-regolament. Filwaqt li huwa konxju sew tan-nuqqasijiet ta’ dik is-soluzzjoni, enumerati iktar ’il fuq, u għalhekk ma huwiex sodisfatt bir-riżultat, dan il-Gvern Franċiż isostni li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tikkoreġi r-rieda tal-leġiżlatur permezz ta’ interpretazzjoni.

140. Ma nistax ma naqbilx mal-idea ġenerali wara din l-oġġezzjoni. Madankollu, ma naħsibx li f’dan il-każ partikolari hija importanti.

141. L-ewwel, flimkien mal-Avukat Ġenerali Bobek fil-konklużjonijiet tiegħu fis-sentenza BV (132), jiena tal-fehma li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni hija, bħala prinċipju, konklużiva biss meta tkun espressa b’mod ċar fil-leġiżlazzjoni adottata. Kif spjegat, inter alia, fil-punt 118 iktar ’il fuq, dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Kieku r-rieda tal-leġiżlatur kienet dik spjegata mill-Gvern Franċiż u mill-Kummissjoni, huwa kien ikollu opportunità biżżejjed sabiex jiddikjaraha, mill-inqas, fi premessa ddedikata tar-Regolament Brussell I bis.

142. It-tieni, fir-rigward ta’ dak li ġara matul il-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, naqbel ukoll mal-Avukat Ġenerali Bobek li, b’mod ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tevita li twettaq “skavar kważi arkeoloġiku” fix-xogħol preparatorju ta’ strument u tħossha marbuta minn avvenimenti, ideat u intenzjonijiet li tkun skopriet (mill-ġdid) b’dan il-mod, speċjalment minħabba li eżerċizzju bħal dan normalment ma jiżvelax stampa ċara, iżda waħda kumplessa u mċajpra (133). Dan huwa preċiżament il-każ hawnhekk.

143. Kif jenfasizzaw il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni, mix-xogħol preparatorju rilevanti jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien konxju tal-kwistjoni dwar l-applikazzjoni tar-reġim ta’ Brussell għal sitwazzjonijiet “esterni” (134). Barra minn hekk, filwaqt li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni kien fiha biss dispożizzjoni ġdida dwar proċedimenti konkorrenti, proposti sabiex jiġu inklużi regoli li jipprovdu għal diskrezzjoni li titneħħa l-ġurisdizzjoni f’każijiet fejn suġġett relatat mill-qrib ma’ Stat terz jew ftehim tal-għażla tal-qorti li jinnomina qrati ta’ Stati terzi applikati tressqu f’diversi stadji matul il-proċess leġiżlattiv, kemm quddiem il-Parlament Ewropew (135) kif ukoll quddiem il-Kunsill, notevolment mid-delegazzjoni Franċiża u dik tar-Renju Unit (136). Evidentement, dawn il-proposti ġew miċħuda mil-leġiżlatur, peress li r-regoli dwar il-proċeduri konkorrenti biss inżammu fit-test finali (li saru l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament Brussell I bis).

144. Madankollu, wieħed ma għandux jasal għal xi konklużjonijiet. Fid-dokumenti disponibbli pubblikament, ma hemmx wisq spjegazzjoni (jew ma hemm xejn) dwar għaliex il-leġiżlatur tal-Unjoni ċaħad dawk il-proposti (137)jew, b’mod iktar importanti għall-iskop preżenti, għall-konsegwenzi li l-assenza ta’ tali regoli speċifiċi fir-reġim ta’ Brussell kellu, skont hu, jkollha fuq il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri fir-rigward ta’ tilwim konness mill-qrib ma’ Stati terzi. B’mod partikolari, ma sibt l-ebda indikazzjoni, aħseb u ara dikjarazzjoni ċara, li l-leġiżlatur ipprova, billi ma jżidx tali regoli, jiċħad il-possibbiltà għall-qrati tal-Istati Membri li jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni. Fil-fatt, l-uniku dokument intern tal-Kunsill li stajt insib li jiddiskuti sostanzjalment l-proposti tal-Gvern Franċiż u dak tar-Renju Unit huwa nota mid-delegazzjoni Ġermaniża, li tindika l-kuntrarju. Hemmhekk, din id-delegazzjoni tiddikjara l-oppożizzjoni tagħha għal dawn il-proposti iżda, b’mod kruċjali, għar-raġuni li “ir-Regolament Brussell I ma jirregolax b’mod definittiv il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati fl-Istati Membri fil-konfront tal-qrati fi Stati terzi” u li, konsegwentement, għandu, b’mod partikolari, “ikompli jitħalla f’idejn il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri b’mod indipendenti li tirregola l-effett ta’ ftehim li jagħti ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ Stat terz” (138).  Din l-ispjegazzjoni tirrifletti s-sentenza Coreck Maritime, diskussa fil-punt 121 iktar ’il fuq (139).

145. Barra minn hekk, ir-rifjut tal-leġiżlatur li jżid tali regoli, ħlief għall-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament Brussell I bis, jeħtieġ, fil-fehma tiegħi, li jiġi kkunsidrat fil-kuntest tiegħu. Infakkar li l-intenzjoni oriġinali tal-Kummissjoni, permezz tal-proposta leġiżlattiva tagħha, kienet li tipproċedi għal “internazzjonalizzazzjoni” sħiħa tar-reġim ta’ Brussell billi testendih għall-konvenuti ddomiċiljati fi Stati terzi (140). Madankollu, il-leġiżlatur ċaħad l-idea, inter alia minħabba l-impatt li tali estensjoni jista’ jkollha fuq ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-imsieħba internazzjonali tagħha u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-litiganti meta jkollhom id-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri rrikonoxxuti barra mill-pajjiż. F’dan il-kuntest, jidher li l-leġiżlatur ma riedx jimponi soluzzjoni komprensiva dwar il-kwistjonijiet ta’ tilwim konness mill-qrib ma’ Stati terzi. Anzi, huwa xtaq jittratta l-kwistjoni a minima, jirregola biss proċeduri konkorrenti u jħalli l-bqija għad-dritt nazzjonali (għalissa) (141).

146. Finalment, u fi kwalunkwe każ, ma naħsibx li l-leġiżlatur tal-Unjoni qatt kellu s-setgħa li jobbliga lill-qrati ta’ stat Membru jiddeċiedu fuq kwistjonijiet li jolqtu d-drittijiet u l-interessi sovrani ta’ Stati terzi, jew li jobbliga lil dawn il-qrati ġeneralment jiċħdu ftehimiet tal-għażla tal-qorti li jindikaw tali Stat. Evidentement, id-dritt internazzjonali pubbliku u l-Artikolu 16 tal-Karta, bħala regoli ogħla, jifformaw is-setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur meta jadotta strument ta’ dritt sekondarju tal-Unjoni bħar-Regolament Brussell I bis. Jiena spjegajt, fil-punti 128 u 131 iktar ’il fuq, għaliex tali soluzzjoni tkun inkompatibbli ma’ dawn in-normi ogħla. Għalhekk, filwaqt li l-leġiżlatur jista’ jagħżel b’mod leġittimu li jżid regoli, f’dan l-istrument, li jirregolaw il-kundizzjonijiet li taħthom qorti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur qrati ta’ Stati terzi f’dawk is-sitwazzjonijiet, jew li ma jżidx tali regoli, l-implikazzjoni ta’ din l-għażla tal-aħħar ma tistax possibbilment tkun dik difiża mill-Gvern Franċiż u mill-Kummissjoni.

d)      Ilqrati talIstati Membri jistgħu jirrifjutaw li jieħdu konjizzjoni ta’ tilwim bħal dan, fejn “jirrifletti” issistema tar-Regolament

147. Flimkien ma’ Electrolux, jiena tal-fehma li, filwaqt li l-qrati tal-Istat Membru jista’ jkollhom ġurisdizzjoni, skont ir-regoli tar-Regolament Brussell I bis, f’tilwim li s-suġġett tiegħu jkun relatat mill-qrib ma’ Stati terzi jew huwa kopert minn ftehim esklużiv tal-għażla tal-qorti li jinnomina t-tribunali tagħhom, dan ir-regolament jippermettilhom jirrifjutaw li jieħdu konjizzjoni tal-kawża. Din hija, sempliċement, l-unika risposta razzjonali, li tikseb l-għan ta’ dak l-istrument u tiżgura l-konsistenza tiegħu ma’ regoli ogħla.

148. Għal dan it-tilwim partikolari, għandha tiġi rrikonoxxuta deroga impliċita mill-effett obbligatorju tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament imsemmi. Peress li dan l-istrument (għadu) ma fihx dispożizzjonijiet li jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri s-setgħa li jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni f’xenarji bħal dawn, dan ifisser li s-silenzju tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil dawk il-qrati jagħmlu dan fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali tagħhom. Hekk tat x’jifhem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Coreck Maritime.

149. Fid-dawl ta’ dan, il-qrati tal-Istati Membri ma għandhomx setgħa diskrezzjonali mingħajr limiti sabiex jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni, abbażi tad-dritt nazzjonali tagħhom, fuq dan it-tilwim (kif tista’ timplika din l-aħħar sentenza, jekk tinqara waħedha). Kif spjega Droz żmien twil ilu, u kif ikkonfermaw il-maġġoranza assoluta tal-qrati (142) u l-akkademiċi (143) li ttrattaw il-kwistjoni minn dak iż-żmien sa issa, il-qrati tal-Istati Membri jistgħu jagħmlu dan biss fejn “jirrifletti” s-sistema stabbilita fir-Regolament Brussell I bis. B’mod speċifiku, huma jistgħu jagħmlu dan f’każijiet fejn, li kieku kien hemm rabta simili ma’ Stat Membru, il-qorti kien ikollha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 24 u 25 ta’ dan ir-regolament (144).

150. Dan ir-rekwiżit ta’ “riflettività” jimplika, minn naħa waħda, li qorti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta li teżerċita ġurisdizzjoni fuq tilwima konnessa ma’ Stat terz biss meta l-kwistjoni kkontestata taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ waħda mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva stabbilita fl-Artikolu 24 (145), jew fejn dik il-qorti tkun invokata minkejja ftehim tal-għażla tal-qorti li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25 (146) (sabiex, f’tilwima simili “intra-UE”, ikun japplika l-artikolu rilevanti). It-tieni, fir-rigward ta’ dawn il-ftehimiet, wara s-sentenza Mahamdia, ir-“riflettività” timplika li tali azzjoni għandha tittieħed biss fejn il-limiti imposti fuq l-effetti tagħhom f’tilwim “intra-UE” jiġu rrispettati. Qorti ta’ Stat Membru ma tistax tagħti effett lil tali ftehim meta t-tilwima taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ Stat Membru ieħor, jew meta dak il-ftehim ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jipproteġu lill-partijiet l-iktar dgħajfa (detentur ta’ polza, konsumatur jew impjegat) (147).

151. Tali rekwiżit ta’ “riflettività” huwa kemm loġiku kif ukoll kruċjali. Fil-fatt, jekk qorti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta l-ġurisdizzjoni f’sitwazzjoni “esterna”, fejn, taħt l-Artikoli 24 jew 25 tar-Regolament Brussell I bis, kien ikollha tagħmel l-istess kieku s-sitwazzjoni kienet “intra-UE”, il-konsistenza tar-reġim ta’ Brussell hija żgurata. Dan jippermetti wkoll il-kisba tal-politiki segwiti taħt dawk id-dispożizzjonijiet fiż-żewġ każijiet. B’kuntrast ma’ dan, ma jkun hemm l-ebda raġuni sabiex sitwazzjonijiet “esterni” jiġu ttrattati b’mod iktar favorevoli minn tilwim “intra-UE”. Kieku d-dritt tal-Unjoni ma kienx jifforma s-setgħat tal-qrati nazzjonali, ir-regoli importanti ferm li jagħtu ġurisdizzjoni esklużiva lill-Istati Membri, jew li jipproteġu l-partijiet l-iktar dgħajfa, jistgħu faċilment jiġu evitati min-negozji, billi sempliċement jinkludu ftehimiet tal-għażla tal-qorti tal-Istati terzi fil-kuntratti tagħhom. B’hekk, dawn ir-regoli jitilfu parti sinjifikattiva mill-effettività tagħhom (148).

152. Meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti, ir-rekwiżit ta’ “riflettività” ma jasalx sabiex jeħtieġ li -qorti ta’ Stat Membru tirrifjuta l-ġurisdizzjoni bil-mod li l-Artikoli 24 jew 25 tar-Regolament jeħtieġu fil-każijiet li japplikaw għalihom direttament, jiġifieri, awtomatikament. Fil-punt 110 hawn fuq spjegajt għaliex dan ma jistax ikun il-każ: jista’ jkun hemm riskju ta’ ċaħda tal-ġustizzja, bi ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta. Għaldaqstant, dik il-qorti għandha tingħata ċertu marġni ta’ diskrezzjoni limitata, sabiex tivverifika (i) li l-qrati ta’ Stati terzi kkonċernati tabilħaqq ikollhom ġurisdizzjoni esklużiva taħt ir-regoli tagħhom stess tad-dritt internazzjonali privat u (ii) dawn il-partijiet jistgħu jiksbu rimedju effettiv hemmhekk. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-qorti tal-Istat Membru invokata ma għandhiex tirrifjuta l-ġurisdizzjoni; hija għandha tagħmel dan fix-xenarju oppost. Fejn il-kwistjoni ma tkunx ċara, għandha tissospendi l-proċedimenti sakemm l-partijiet ikunu invokaw il-qorti tal-Istat terz inkwistjoni (u huwa ċar li dik il-qorti tiddeċiedi l-kwistjoni) fi proċedimenti li joffru garanziji ta’ proċess ġust (149).

153. Fil-kawża prinċipali, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, filwaqt li l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis ma japplikax direttament fir-rigward tal-kwistjoni tal-validità tal-privattiva Torka, ikkontestata minn Electrolux bħala difiża, din id-dispożizzjoni jista’ jkollha “effett riflessiv” fuq il-ġurisdizzjoni tal-qrati Svediżi. Dan ifisser li dawk il-qrati jistgħu jużaw is-setgħat disponibbli għalihom taħt il-liġi nazzjonali tagħhom sabiex jirrifjutaw li jiddeċiedu dwar din il-kwistjoni u li jissospendu l-proċeduri sakemm il-qrati Torok jiddeterminaw il-validità ta’ dik il-privattiva, taħt il-kundizzjonijiet spjegati hawn fuq.

154. Kuntrarjament għal dak li jimplika l-Gvern Franċiż, ir-rikonoxximent ta’ tali deroga impliċita għall-effett obbligatorju tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis ma jmurx contra legem jew, imfisser b’mod differenti, “jikteb mill-ġdid” dan ir-regolament. Din is-soluzzjoni ma teħtieġx li l-Qorti tal-Ġustizzja titbiegħed mit-test li, infakkar, huwa silenzjuż dwar il-kwistjoni kkunsidrata u, għalhekk, miftuħ għal tali interpretazzjoni teleoloġika u konsistenti. Jekk xejn, jista’ jinċita lil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jittratta l-kwistjoni meta jirrevedi dak l-istrument.

155. Ir-rikonoxximent ta’ tali lok (limitat) għad-dritt nazzjonali ma jfissirx lanqas li s-sentenza Owusu tinbidel, minkejja dak li jargumentaw BSH u l-Kummissjoni. Infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja speċifikament eskludiet mill-analiżi tagħha l-ipoteżi ta’ tilwim marbut mill-qrib ma’ Stati terzi, jew ftehimiet ta’ għażla tal-qorti favur qrati ta’ Stati terzi. Għaldaqstant, hija tista’ perfettament tirrikonoxxi eċċezzjoni, imfassla għal dawn is-sitwazzjonijiet, għad-dikjarazzjoni tagħha li tidher ma hijiex ikkwalifikata dwar l-effett obbligatorju tal-Artikolu 4(1) (kurrenti) tar-Regolament Brussell I bis (150).  Barra minn hekk, dan jirrikonċilja dik is-sentenza ma’ dik is-sentenza Coreck Maritime. Fil-fatt, l-interpretazzjoni ssuġġerita f’dawn il-konklużjonijiet għandha l-vantaġġ mhux negliġibbli li tikkonċilja d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kwistjoni kkontestata (mill-iktar antika, is-sentenza Coreck Maritime sal-iktar waħda reċenti, is-sentenza IRnova), fejn kwalunkwe interpretazzjoni oħra tkun teħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja titbiegħed minn uħud minn dawk il-preċedenti.

156. Dawn l-intervenjenti madankollu jirreplikaw li, jekk il-qrati tal-Istati Membri kellhom jitħallew jirrinunzjaw il-ġurisdizzjoni fix-xenarji inkwistjoni, taħt is-setgħat riżervati lilhom mid-dritt nazzjonali tagħhom, dan ikun kuntrarju, jekk mhux għall-kliem, mill-inqas għar-raġunament tas-sentenza Owusu. Fil-fatt, soluzzjoni bħal din toħloq l-istess kwistjonijiet bħad-duttrina tal-forum non conveniens.

157. Fil-fehma tiegħi, il-paragun ma huwiex sod biżżejjed għal skrutinju mill-qrib.

158. L-applikazzjoni tad-duttrina tal-forum non conveniens, inkwistjoni fis-sentenza Owusu, kienet tagħti lill-qrati tal-Istati Membri setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex ma jeżerċitawx ġurisdizzjoni fi kwalunkwe tilwim “estern”, fuq il-bażi tal-adegwatezza tal-forum, b’kunsiderazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ fatturi. Approċċ flessibbli bħal dan, każ b’każ kien kompletament imur kontra l-ispirtu tar-reġim ta’ Brussell, ibbażat fuq regoli ċari. Dan kien jaffettwa serjament il-prevedibbiltà tal-ġurisdizzjoni taħt dan ir-reġim, xi ħaġa li, min-naħa tagħha, kienet iddgħajjef il-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni legali tal-persuni stabbiliti fl-Unjoni Ewropea (peress li l-konvenut ma kienx ikun jista’ jipprevedi b’mod raġonevoli quddiem liema qorti jista’ jew tista’ jispiċċa jew tispiċċa jitressaq jew titressaq, u r-rikorrent ma kien ikollu l-ebda garanzija li l-qorti invokata, filwaqt li nnominata minn dak ir-reġim, fil-fatt ser tieħu konjizzjoni tal-kawża). Finalment, l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-reġim fl-Istati Membri kienet tiġi affettwata, sa fejn din id-duttrina tkun irrikonoxxuta biss fi ftit minnhom (151).

159. B’kuntrast, hawnhekk, nipproponi jingħataw marġni ta’ diskrezzjoni stretta għall-qrati tal-Istati Membri sabiex jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni f’ċirkustanzi speċifiċi fejn, u sal-punt li, din “tirrifletti” is-soluzzjonijiet applikabbli taħt l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis. Għalhekk, ir-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom qorti ta’ Stat Membru tista’ tagħmel dan (ġurisdizzjoni esklużiva ta’ Stat terz u ftehim dwar l-għażla tal-qorti favur il-qrati ta’ dan tal-aħħar) huma limitati u preċiżi, għall-kuntrarju tad-duttrina tal-forum non conveniens. Għalhekk, ir-rikonoxximent ta’ tali diskrezzjoni ma jagħtix lok għat-tip ta’ inċertezza li kienet toħloq l-applikazzjoni ta’ dik id-duttrina. Ir-reġim ta’ Brussell jippermetti li l-qrati jingħataw diskrezzjoni limitata fejn din taqdi l-għanijiet tiegħu (152). Dan huwa l-każ hawnhekk.

160. Tali diskrezzjoni ma taffettwax il-prevedibbiltà tal-ġurisdizzjoni. Rikorrent infurmat tajjeb b’mod raġonevoli jista’ jipprevedi li ser jkollu jew jkollha jressaq jew tressaq lil xi ħadd quddiem qorti (u konvenut li jista’ jew tista’ jiġi tiġi mressaq jew mressqa quddiem qorti), fir-rigward tas-suġġetti previsti fl-Artikolu 24, fil-qrati tal-Istat terz ikkonċernat. Barra minn hekk, ma tantx tista’ tkun sorprendenti għal dawk il-litiganti li l-proċeduri jridu jitressqu quddiem il-qrati nominati fi ftehim minn qabel li jkunu kkonkludew. Fil-fatt, din is-soluzzjoni ssaħħaħ il-prevedibbiltà tal-ġurisdizzjoni peress li tikkontribwixxi għat-trattament komparabbli ta’ tilwim “intra-UE” u “estern” simili.

161. Din issaħħaħ ukoll iċ-ċertezza legali, peress li tippermetti lill-qrati tal-Istati Membri, b’mod notevoli, jagħtu effett lill-ftehimiet intiżi sabiex jiżgurawha. Il-protezzjoni legali tal-persuni stabbiliti fl-Unjoni Ewropea tissaħħaħ ukoll. Din tevita li l-konvenut ikollu jaffaċċja, fil-qrati tal-Istat Membru tiegħu jew tagħha, proċeduri li jirriżultaw f’deċiżjonijiet inutli, jew li nbdew b’mod abbużiv bi ksur ta’ tali ftehim. Il-protezzjoni legali tar-rikorrent hija żgurata wkoll, peress li xorta ser ikun jista’jew tkun tista’ jressaq jew tressaq proċedimenti quddiem il-qrati tal-Istati Membri jekk ma jkunx jista’ jew ma tkunx tista’ jikseb jew tikseb ġustizzja quddiem il-qrati tal-Istati terzi kkonċernati.

162. Finalment, fir-rigward tal-applikazzjoni uniformi tar-regoli tar-Regolament Brussell I bis fl-Istati Membri, nosserva li, fejn xi Stati Membri applikaw id-duttrina tal-forum non conveniens, huwa ġeneralment irrikonoxxut, f’dawn l-Istati, li l-qrati ma għandhomx jagħmlu proċedimenti relatati ma’ tilwim li s-suġġett tiegħu huwa relatat mill-qrib ma’ Stat terz, u li l-ftehimiet ta’ ġurisdizzjoni li jinnominaw qrati barranin għandhom fil-prinċipju jiġu infurzati (153). Għalhekk, il-qrati tal-Istati Membri kollha ġeneralment ikollhom is-setgħa, fid-dritt nazzjonali tagħhom, li jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni f’tali ċirkustanzi. Filwaqt li l-kundizzjonijiet preċiżi li taħthom jagħmlu dan jistgħu, fil-prinċipju, ivarjaw bejn Stat Membru u ieħor, infakkar li d-dritt tal-Unjoni jifforma d-dritt nazzjonali b’mod pjuttost sinjifikattiv, kif spjegat fil-punti 150 u 152 iktar ’il fuq, li jiżgura li tali soluzzjoni tiġi applikata mill-qrati tal-Istati Membri b’mod konsistenti biżżejjed.

V.      Konklużjoni

163. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mis-Svea hovrätt (il-Qorti tal-Appell ta’ Svea, Stokkolma, l-Isvezja) kif ġej:

(1)      L-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

għandu jiġi interpretat fis-sens li fejn il-qrati ta’ Stat Membru jiġu invokati bi proċedimenti kkonċernati bil-ksur ta’ privattiva rreġistrata fi Stat Membru ieħor, u titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità mill-allegat kontravventur, dawk il-qrati ma jkollhomx ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kwistjoni tal-validità.

(2)      L-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012

għandu jiġi interpretat fis-sens li dik id-dispożizzjoni ma tapplikax fir-rigward tal-validità ta’ privattiva rreġistrata fi Stat terz. Madankollu, il-qrati tal-Istati Membri, fejn kompetenti taħt regola oħra ta’ dan ir-regolament, ma jistgħux jiddeċiedu dwar dik il-kwistjoni.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 (ĠU 2012, L 351, p. 1) (“ir-Regolament Brussell I bis”).


3      Sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2006 (C‑4/03, “is-sentenza GAT”, EU:C:2006:457).


4      Ara l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(1), u Artikoli 10 sa 25 tal-KEP. Ir-reġim stabbilit fil-KEP ma huwiex parti mid-dritt tal-Unjoni, peress li l-Unjoni Ewropea nnifisha ma hijiex parti għal dan it-Trattat.


5      Ara l-Artikoli 52 sa 57, u 94 sa 97 tal‑KEP.


6      Ara l-Artikoli 3 u 79 tal-KEP.


7      Ara l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 64(1) tal-KEP.


8      L-Artikoli 99 sa 105 tal-KEP jistabbilixxu proċedura ta’ oppożizzjoni u ta’ limitazzjoni li permezz tagħha persuna tista’ tfittex, quddiem l-UEP, revoka ċċentralizzata madwar l-Ewropa kollha ta’ “privattiva Ewropea” fi żmien disa’ xhur mill-għoti tagħha.


9      Ara l-Artikolu 138 tal-KEP. Nissottolinja li, wara sensiela tumultuża ta’ dibattiti u proposti, inħolqot “privattiva Ewropea b’effett unitarju” permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn diversi Stati Membri. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU 2012, L 361, p. 1), “privattiva Ewropea” mogħtija mill-UEP permezz tal-proċedura ċċentralizzata tal-KEP tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tiġi attribwita “effett unitarju” fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Tali privattiva tagħti lid-detentur tagħha protezzjoni u drittijiet uniformi f’dawk l-Istati kollha. Barra minn hekk, bħala titolu unitarju, jista’ jiġi rrevokat biss fir-rigward ta’ dawk l-Istati kollha. Ir-reġim il-ġdid daħal fis-seħħ fl‑1 ta’ Ġunju 2023,madankollu, ma huwiex rilevanti għall-finijiet tal-każ preżenti, fil-fatt, it-titolu inkwistjoni ma huwiex “privattiva Ewropea b’effett unitarju”.


10      Ara l-Artikolu 64(3) tal-KEP u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40).


11      B’kuntrast ma’ dan, litigazzjoni ta’ “Privattivi Ewropej b’effett unitarju” ġiet mogħtija lil ġurisdizzjoni speċjali, il-Qorti Unifikata tal-Privattivi (ara l-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi (ĠU 2013, C 175, p. 1).


12      Il-KEP ma tinkludix Protokoll dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent ta’ Deċiżjonijiet fir-rigward tad-Dritt għall-Għoti ta’ Privattiva Ewropea, tal‑5 ta’ Ottubru 1973. Madankollu, kif jindika t-titolu tiegħu, dan il-protokoll jirregola l-ġurisdizzjoni fuq kwistjoni stretta, jiġifieri talbiet għad-“dritt għall-għoti ta’ privattiva Ewropea” (ara l-Artikolu 60 tal-KEP), ifformulat waqt il-proċedura tal-għoti.


13      Dawn l-azzjonijiet jaqgħu taħt “materji ċivili u kummerċjali” fis-sens tal-Artikolu 1(1) (ara s-sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2022, IRnova (C‑399/21, “is-sentenza IRnova”, EU:C:2022:648, punt 30).


14      Ir-Regolament Brussell I bis issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) (“ir-Regolament Brussell I”), li huwa stess issostitwixxa l-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fi Brussell fis‑27 ta’ Settembru 1968 (ĠU 1978, L 304, p. 36) (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Brussell”). Nissottolinja li l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ dawk l-istrumenti preċedenti hija trasponibbli għad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tar-Regolament Brussell I bis (ara, inter alia, is-sentenza IRnova (punti 29 u 37)). Skont dan, f’dawn il-konklużjonijiet, ser niddistingwi biss bejn dawn l-istrumenti fejn meħtieġ.


15      Il-ġurisdizzjoni tal-UEP taħt il-proċedura ta’ revoka ċċentralizzata pprovduta fil-KEP (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 hawn fuq) hija riżervata mill-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis.


16      Ara l-Artikolu 25(4) u l-Artikolu 26(1) tar-Regolament Brussell I bis.


17      Finalment, sentenza mogħtija minn qorti bi ksur ta’ dik ir-regola tista’ tiġi miċħuda rikonoxximent fi Stat Membru ieħor (ara l-Artikolu 45(1)(e) tar-Regolament).


18      Ara s-sentenzi tal‑15 ta’ Novembru 1983, Duijnstee (288/82, EU:C:1983:326, punti 23 sa 25); GAT (punti 15 u 16), u IRnova (punti 40 u 48). Ara wkoll ir-rapport ta’ spjegazzjoni dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell, imħejji mis-Sur P. Jenard (ĠU 1979, C 59, p. 1, fi p. 36) (iktar ’il quddiem ir-“rapport Jenard”).


19      L-Artikolu 7(2) jipprovdi li persuna tista’ titressaq quddiem qorti, fi “kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort” fil-“qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq”. F’dan ir-rigward, l-ewwel, il-ksur, minn parti terza, tad-drittijiet esklużivi li privattiva tagħti lid-detentur tagħha jikkostitwixxi “tort” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. It-tieni, il-“post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq” jinsab fit-territorju tal-Istat tar-reġistrazzjoni tal-privattiva miksura. Fil-fatt, peress li d-drittijiet li jirriżultaw minn privattiva huma protetti biss fit-territorju tal-Istat li jkun ħariġha, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu miksura hemmhekk biss (ara, għal dan il-għan, is-sentenza tad‑19 ta’ April 2012, Wintersteiger (C‑523/10, EU:C:2012:220, punti 27 u 28).


20      Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2015, Hejduk (C‑441/13, EU:C:2015:28, punti 36 u 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).


21      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Pinckney (C‑170/12, EU:C:2013:400, punt 46).


22      Apparti, milli jidher, il-parti Svediża.


23      Ara s-sentenza GAT (il-punt 17). Konvenut fi proċedimenti ta’ ksur jista’ wkoll iressaq kontrotalba f’invalidità li ma hijiex difiża sempliċi, iżda talba indipendenti. L-allegat kontravventur ma jitlobx biss iċ-ċaħda tal-azzjoni ta’ ksur, iżda deċiżjoni separata dwar il-validità tal-privattiva inkwistjoni. Fil-fatt, hija azzjoni għal invalidità, imressqa fl-okkażjoni matul il-proċedimenti ta’ ksur. Għalhekk, din taqa’ fl-ewwel kategorija.


24      Ara, għal referenzi għall-ġurisprudenza tal-qrati ta’ diversi Stati Membri, Fawcett, J.J., Torremans, P., Intellectual Property and Private International Law, Oxford Private International Law Series, it-tieni edizzjoni, 7.22 sa 7.26.


25      Ara s-sentenza GAT (il-punt 31 u d-dispożittiv). Jew, iddikjarat b’mod differenti, li din tapplika “jkun xi jkun il-kuntest proċedurali li fih titqajjem [din il-kwistjoni], kemm jekk permezz ta’ azzjoni kif ukoll permezz ta’ eċċezzjoni” (ara l-punt 25 ta’ din is-sentenza).


26      Barra minn hekk, ix-xenarju ta’ proċedimenti ta’ ksur fejn tiġi invokata l-invalidità bħala eċċezzjoni ġie espressament ikkunsidrat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi partijiet tar-raġunament tagħha (ara s-sentenza GAT (il-punti 17 u 26).


27      Ara, inter alia, is-sentenzi tat‑8 ta’ Mejju 2003, Gantner Electronic (C‑111/01, EU:C:2003:257, punti 25 u 26); tat‑12 ta’ Mejju 2011, Berliner Verkehrsbetriebe (C‑144/10, “is-sentenza BVG”, EU:C:2011:300, punti 37 u 38), u tas‑16 ta’ Novembru 2016, Schmidt (C‑417/15, EU:C:2016:881, punt 25).


28      Ara, għal dan il-għan, is-sentenzi tad‑9 ta’ Novembru 1978, Meeth (23/78, EU:C:1978:198, punti 7 sa 9), u tat‑13 ta’ Lulju 1995, Danværn Production (C‑341/93, EU:C:1995:239, punti 13 sa 16). Ara wkoll Hartley, T., Civil Jurisdiction and Judgments in Europe, Oxford University Press, Oxford, 2017, § 9.39.


29      Ara, inter alia, is-sentenzi tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Schneider (C‑386/12, EU:C:2013:633, punt 29); tat‑23 ta’ Ottubru 2014, flyLAL-Lithuanian Airlines (C‑302/13, EU:C:2014:2319, punti 40 u 41); u tal‑10 ta’ Lulju 2019, Reitbauer et (C‑722/17, EU:C:2019:577, punt 44). Ara wkoll ir-rapport Jenard, pp. 34 u 39; u Gothot, P., u Holleaux, D., La Convention de Bruxelles du 27 septembre 1968: compétance judiciaire et effets des jugements dans la CEE, Paris, Jupiter, 1985, p. 83, § 141.


30      Xi verżjonijiet, bħal dik tal-lingwa Ġermaniża, jindikaw li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva japplikaw għal proċedimenti li għandhom bħala s-“suġġett” jew l-“oġġett” tagħhom kwistjoni msemmija hemmhekk. Verżjonijiet oħra jużaw termini iktar vagi.


31      Ara s-sentenza BVG (punti 37 u 47).


32      Sentenza GAT (punti 24, 26 u 27).


33      Il-fatt li r-regola kontenzjuża ta’ ġurisdizzjoni esklużiva hija “obbligatorja” ma jgħid xejn a priori dwar il-portata tagħha jew għaliex għandha tapplika għal kwalunkwe proċedimenti fejn tiġi diskussa l-validità tal-privattivi, anki sempliċement bħala domanda preliminari. L-argument tal-Qorti tal-Ġustizzja li altrimenti, “rikorrent ikun jista’, sempliċement permezz tal-kliem li juża fir-rikors tiegħu, jevita […] [dik ir-regola] ta’ ġurisdizzjoni” (sentenza GAT, punt 27 (enfasi miżjuda)) għandu piż biss fir-rigward tal-fatti partikolari tas-sentenza GAT. Hija ma tistax tispjega għaliex dik ir-regola għandha tapplika anki meta l-invalidità titqajjem mill-konvenut, pereżempju fi proċedimenti ta’ ksur.


34      Ara, inter alia, is-sentenza IRnova (punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).


35      Ara l-premessa 15 tar-Regolament Brussell I bis.


36      Ara s-sentenza BVG (punt 32).


37      Sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2012, is-sentenza Solvay (C‑616/10, EU:C:2012:445, punt 47).


38      Minbarra proċedimenti ta’ ksur, tista’ titqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità kontra azzjoni għal nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa pprovduta fi ftehim ta’ liċenzjar, eċċ.


39      Ara l-premessa 15 tar-Regolament Brussell I bis kif ukoll, inter alia, is-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2021, HRVATSKE ŠUME (C‑242/20, EU:C:2021:985, punt 30).


40      Sentenza GAT (punti 28 u 29).


41      Ftehim li jikkostitwixxi l-Anness 1C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakesh fil‑15 ta’ April 1994 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat‑22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986‑1994) (ĠU 1994 L 336, p. 1).


42      Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑5 ta’ Ottubru 2017, Hanssen Beleggingen (C‑341/16, EU:C:2017:738, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).


43      Ara, inter alia, is-sentenza IRnova (punti 36 u 40).


44      Ara, għal dan il-għan, is-sentenza GAT (punt 22).


45      Fil-fatt, minkejja dak li implikat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 48 tas-sentenza IRnova, din il-“konnessjoni materjali jew ġuridika” teżisti wkoll fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur. Il-ksur ta’ privattiva huwa ddeterminat ukoll fid-dawl tal-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni. Il-prossimità fattwali bejn it-tilwima u t-territorju ta’ dan l-Istat hija preżenti b’mod simili (ara l-punti 22 u 28 iktar ’il fuq). Għal dawn ir-raġunijiet, fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell I bis, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qrati ta’ dan l-Istat huma wkoll “fl-aħjar pożizzjoni” sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ tali proċeduri (ara, inter alia, is-sentenza tad‑19 ta’ April 2012, Wintersteiger C‑523/10, EU:C:2012:220, punti 27 u 28).


46      Ara Usunier, L., Compétence judiciaire, reconnaissance et execution des decisions en matière civile et commerciale. – Compétence. Règles de compétence exclusives. Article 24 du règlement (UE) n°1215/2012, JurisClasseur Droit international, Fasc. 584‑160: 2015, § 3.


47      Pjuttost il-kuntrarju. Il-liġijiet tal-privattivi tal-Istati Membri ġew armonizzati minn diversi trattati internazzjonali, b’mod partikolari l-Ftehim TRIPS. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ tilwim dwar il-validità tal-privattivi Ewropej, infakkar li r-rekwiżiti tal-privattivi (li huma fil-qalba ta’ tali tilwim) huma stabbiliti fil-KEP. Għalhekk, huma identiċi fil-liġijiet nazzjonali kollha tal-partijiet kontraenti.


48      Fi kwalunkwe każ, anki kieku l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja kien l-għan imfittex mill-Artikolu 24(4) tar-Regolament I bis, dan l-għan ma setax “jeħtieġ” is-soluzzjoni fis-sentenza GAT, peress li dan jista’ jwassal għal amministrazzjoni ħażina tal-ġustizzja fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur ( ara l-punti 53 u 54 hawn fuq).


49      Ir-rapport Jenard, p. 36.


50      Xi ħaġa li ġiet innotata, iżda ma ġietx diskussa, mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT (punt 23).


51      Din l-ispjegazzjoni, filwaqt li hija valida fir-rigward ta’ privattivi nazzjonali “ordinarji”, hija inqas konvinċenti fir-rigward tal-privattivi Ewropej. Infakkar li dawk il-privattivi huma mogħtija mill-UEP, u l-intervent tal-amministrazzjonijiet nazzjonali f’dak il-proċess huwa limitat għar-rekwiżit formali ta’ “validazzjoni” fl-Istati rispettivi tagħhom.


52      Ara, inter alia, Gothot, P., and Holleaux, D., op. cit., p. 88 u 89, § 155; Treppoz, E., “Répertoire de droit international – Contrefaçon”, Dalloz, §§ 5, 9, 10, 11 u 30; Fawcett, J.J., u Torremans, P., op. cit., p. 19; Gaudemet-Tallon, H.u Ancel, M.-E., Compétence et exécution des jugements en Europe: matières civile et commerciale: règlements 44/2001 et 1215/2012, Conventions de Bruxelles (1968) et de Lugano (1988 et 2007), LGDJ, Pariġi, is-6 edizzjoni, 2018, p. 162, § 120; u Usunier, L., op. cit., §§ 3 u 63.


53      L-argument tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT (punt 30) li, f’ċerti regoli ta’ proċedura nazzjonali, konstatazzjoni ta’ invalidità li tinsab f’deċiżjoni dwar proċedimenti ta’ ksur għandha effett dikjaratorju, erga omnes u li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(4) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ma setgħetx tvarja skont l-effett ta’ tali deċiżjoni taħt id-dritt nazzjonali, ma huwiex korrett. Il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet perfettament (u leġittimament) iddeċidiet, minflok, li regola ta’ dritt proċedurali li tagħti effett fuq erga omnes konstatazzjonijiet ta’ validità magħmula f’sentenzi ta’ ksur kellha tiġi annullata, għar-raġuni li l-applikazzjoni tagħha tippreġudika l-effettività tal-Artikolu 16(4) (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Mejju 1990, Hagen, C‑365/88, EU:C:1990:203, punti 17 u 20).


54      Ara, inter alia, Szychowska, K., “Quelques observations sous les arrêts de la Cour de justice dans les affaires C‑4/03 GAT et C-539/03 Roche”, Revue de Droit Commercial Belge, no 5, 2007; Kur, A., “A farewell to cross-border injunctions? The ECJ decisions GAT v. LuK and Roche Nedertland v. Primus and Goldenberg”, International Review of Intellectual Property and Competition Law, Vol. 37, 2006, p. 844; Treppoz, E., op. cit.; u Ancel, M.-E., “Brevet – L’arrêt GAT: une occasion manquée pour la défence de la propriété intellectuelle en Europe”, Communication Commerce électronique, 2007, no 5, étude 10.


55      Ara European Max Planck Group on Conflict of Laws in Intellectual Property, Draft Principles for Conflict of Laws in Intellectual Property, 25 ta’ Marzu 2011, l-Artikolu 2:401(2) u l-Artikolu 4:202. Ara, fl-Istati Uniti, The American Law Institute, Intellectual Property: Principles Governing Jurisdiction, Choice of Law, and Judgements in Transnational Disputes, 2008, §§ 211(2), 212(4) u 213(2).


56      Ir-raġuni wara dik il-kodifikazzjoni tidher li hija fil-maġġor parti ċirkustanzjali. Jidher li, ftit wara li ngħatat is-sentenza GAT, dawn it-termini ġew miżjuda f’dak li kien ser isir l-Artikolu 22(4) tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit‑30 ta’ Ottubru 2007 (ĠU 2007, L 339, p. 1 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni Lugano II”) sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn din id-dispożizzjoni u r-regola ta’ ġurisdizzjoni korrispondenti stabbilita fir-reġim ta’ Brussell, kif interpretata f’din is-sentenza (ara r-rapport ta’ spjegazzjoni ta’ Pocar, F. dwar il-Konvenzjoni ta’ Lugano II (ĠU 2009, C 319, p. 1), § 102). Imbagħad, meta l-Kunsill approva din il-konvenzjoni f’isem l-Unjoni Ewropea, impenja ruħu li jagħmel l-istess meta jfassal mill-ġdid ir-Regolament Brussell I, sabiex jiżgura l-paralleliżmu bejn iż-żewġ strumenti (ara l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE tas‑27 ta’ Novembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2009, L 147, p. 1).


57      Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis ma jkoprix il-“kwistjoni” tal-validità tal-privattivi per se, iżda kwalunkwe “proċedimenti” li fihom titqajjem din il-kwistjoni. Proċedimenti ta’ ksur li fihom tkun tqajmet eċċezzjoni ta’ invalidità għandhom jitqiesu bħala li “għandhom x’jaqsmu mal-validità tal-privattivi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fejn il-konsegwenza apparentement loġika ta’ din il-klassifikazzjoni tkun li dawk il-proċeduri jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.


58      Fis-sentenza BVG, il-Qorti tal-Ġustizzja, evidentement konxja tat-tensjoni bejn l-interpretazzjonijiet li pprovdiet fir-rigward tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva (issa) stabbilita fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament Brussell I bis u s-sentenza GAT, ippruvat tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ każijiet. Għall-finijiet preżenti, huwa biżżejjed li jitfakkar li, f’dan il-kuntest, hija ġabret fil-qosor is-sentenza GAT billi qalet li l-qrati tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandhom “ġurisdizzjoni esklużiva biex tittieħed konjizzjoni ta’ kwalunkwe kawża li fiha din il‑validità hija kkontestata” (sentenza BVG, punt 46 (enfasi miżjuda)).


59      Sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2006 (C‑539/03, EU:C:2006:458). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet il-possibbiltà, għal detentur ta’ privattiva, li jiġu kkonsolidati talbiet kontra diversi kontravventuri quddiem il-qrati għad-domiċilju ta’ wieħed minnhom taħt l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (issa l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Brussell I bis). Fost ir-raġunijiet mogħtija f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, anki kieku tali konsolidazzjoni kienet possibbli, ma setgħetx tipprevjeni “diżintegrazzjoni […] parzjali, tal-proċedimenti fil-qasam ta’ privattivi” meta tiġi kkontestata l-validità tal-privattivi, peress li “din il-kwistjoni […] taqa’ fil-kompetenza esklużiva […] favur il-qrati ta’ l-Istat [ta’ reġistrazzjoni]” (punt 40) (enfasi miżjuda minni).


60      Lanqas ma tirriżulta mix-xogħol preparatorju tar-Regolament. Il-leġiżlatur ma ċaħadx proposta li tindika li, meta tiġi invokata l-invalidità bħala eċċezzjoni fi proċedimenti ta’ ksur, il-qrati invokati b’dawn il-proċedimenti jkollhom sempliċement iwaqqfu l-proċeduri sakemm il-qrati tal-Istat tar-reġistrazzjoni kienu ddeterminaw il-kwistjoni tal-validità. Proposta bħal din qatt ma tressqet mill-Kummissjoni u lanqas ma ġiet issuġġerita matul il-proċess leġiżlattiv. Fil-fatt, jidher li l-kwistjoni kienet bilkemm ġiet diskussa, jekk xejn, mil-leġiżlatur.


61      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑8 ta’ Mejju 2003, Gantner Electronic (C‑111/01, EU:C:2003:257, punti 24 sa 32); tal‑15 ta’ Mejju 2003, Préservatrice Foncière Tiard (C‑266/01, EU:C:2003:282); u fis-sentenza BVG (punt 35).


62      Huwa veru li, detentur ta’ privattiva jista’ xi kultant ikun kapaċi jantiċipa li l-allegat kontravventur ser iqajjem eċċezzjoni ta’ invalidità. F’dan il-każ, Electrolux issostni li BSH kienet perfettament kapaċi tagħmel dan peress li t-tilwima tagħhom dwar kemm il-validità kif ukoll il-ksur tal-privattiva Ewropea inkwistjoni ilha għaddejja għal iktar minn 10 snin. Madankollu, dan jista’ ma jkunx dejjem il-każ. Anki fejn detentur ta’ privattiva jista’ jipprevedi li ser titqajjem tali eċċezzjoni, jista’ jkun li dan ma jkunx jafu b’ċertezza. Id-deċiżjoni ta’ fejn isir it-tressiq quddiem il-qorti ssir kwistjoni ta’ riskju bbażata fuq il-probabbiltà li titqajjem l-invalidità.


63      Kuntrarjament għal dak li ssostni Electrolux, lanqas ma naħseb li tali konsegwenza tkun kompatibbli mal-Artikolu 27 tar-Regolament Brussell I bis. Infakkar li din id-dispożizzjoni tobbliga lil qorti ta’ Stat Membru tiċħad proċedimenti meta tkun invokata b’“talba li tkun prinċipalment tirrigwarda” (l-enfasi tiegħi), inter alia, il-validità ta’ privattiva rreġistrata fi Stat Membru ieħor. Li jitqies li l-proċedimenti ta’ ksur “prinċipalment jirrigwardaw” validità fejn dik il-kwistjoni tkun tqajmet sempliċement bħala domanda preliminari hija interpretazzjoni li ma hijiex plawżibbli ħafna minn dawk il-kliem.


64      L-argument ta’ Electrolux li d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32) armonizza r-regoli proċedurali li japplikaw għall-proċedimenti ta’ ksur, sabiex id-detenturi tal-privattivi jgawdu minn livell ekwivalenti ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kollha, ma huwiex korrett. Fil-fatt, li wieħed ikollu jibda proċedimenti multipli minflok wieħed huwa, fih innifsu, problema (anki jekk kull waħda mill-qrati invokati toffri garanziji adegwati).


65      Jew l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat, b’mod iktar ġenerali. Proċedimenti ta’ invalidità jistgħu wkoll jitressqu quddiem l-uffiċċju tal-privattivi rilevanti.


66      Ara, pereżempju, l-Artikolu 49 tal-Code de procèdure ċivil (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Franċiża).


67      Fil-fatt, peress li huwa l-allegat kontravventur li jikkontesta l-validità tal-privattiva inkwistjoni, huwa loġiku li l-oneru tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ invalidità jaqa’ fuqhom. Barra minn hekk, eżenzjoni dikjaratorja pożittiva li tikkonċerna l-validità ta’ privattiva ma hijiex disponibbli f’kull Stat Membru (ara r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-[Regolament Brussell I] (KUMM(2009) 174 final, 21 ta’ April 2009, pp. 6 u 7; “ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2009”).


68      Ara s-sentenza BVG (punt 46).


69      Talbiet tal-privattiva jiddefinixxu l-konfini tal-invenzjoni bi privattiva u, bħala tali, jistabbilixxu dak li l-privattiva tkopri jew ma tkoprix. Għalhekk, l-kostruzzjoni ta’ dawn l-allegazzjonijiet hija deċiżiva sabiex jiġi ddeterminat jekk l-atti mwettqa mill-allegat kontravventur jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva u, għalhekk, jiksrux din tal-aħħar. Talbiet tal-privattiva huma deċiżivi wkoll sabiex jiġi ddeterminat jekk il-privattiva hijiex valida jew le. Fil-fatt, waħda mill-kundizzjonijiet tas-soltu għall-għoti ta’ privattiva fuq invenzjoni partikolari hija n-“novità” ta’ din tal-aħħar. Sabiex jiġi evalwat dan ir-rekwiżit, l-invenzjoni inkwistjoni, kif definita f’dawn it-talbiet, titqabbel mal-istat tal-arti “preċedenti” (ara, fir-rigward tal-privattivi Ewropej, l-Artikolu 54 u l-Artikolu 69(1) tal-KEP).


70      Għal darba oħra, dik il-kumplessità setgħet tiġi evitata billi sempliċement qrati barra mill-Istat ta’ reġistrazzjoni, meta jkunu invokati bi proċedimenti ta’ ksur, jitħallew jieħdu konjizzjoni tal-validità tal-privattiva bħala domanda preliminari (ara t-Taqsima 1 iktar ’il fuq).


71      Il-qorti tar-rinviju tispjega li, skont it-tieni subparagrafu tal-Paragrafu 61 tal-Patentlagen, meta tiġi mqajma eċċezzjoni ta’ invalidità fi proċedimenti ta’ ksur, il-konvenut għandu jressaq azzjoni separata ta’ invalidità.


72      Ara Tang, Z. S., “Validity in patent infringement proceedings – A new approach to transnational jurisdiction”, The Queen Mary Journal of Intellectual Property, 2021, pp. 47 sa 68.


73      Ara l-premessa 38 tar-Regolament Brussell I bis u s-sentenza tas‑17 ta’ Novembru 2011, Hypoteční banka (C‑327/10, EU:C:2011:745, punt 48).


74      Dan jippermetti wkoll manuvri strateġiċi mid-detentur tal-privattiva. Jista’ jressaq kostruzzjoni stretta tat-talbiet għal privattiva quddiem l-imħallef tal-validità, sabiex tiġi evitata konstatazzjoni li l-privattiva tkopri arti preċedenti u, għalhekk, tkun invalida, u jressaq kostruzzjoni differenti u usa’ ta’ dawk it-talbiet quddiem l-imħallef tal-ksur, għall-finijiet li jdaħħal l-atti tal-allegat kontravventur fil-portata tiegħu.


75      Għall-finijiet ta’ ċarezza, anki mifhuma hekk, kif issostni Electrolux, l-interpretazzjoni “stretta” tas-sentenza GAT xorta ma hijiex ideali mill-perspettiva tad-drittijiet tad-difiża. Sabiex jiddefendi lilu nnifsu b’mod effettiv kontra talbiet ta’ ksur foloz, konvenut ma jistax sempliċement iqajjem eċċezzjoni matul il-proċedimenti ta’ ksur, iżda għandu, barra minn hekk, jibda proċeduri ta’ invalidità fl-Istat(i) tar-reġistrazzjoni tal-privattiva jew privattivi (li ma huwiex biss inqas konvenjenti, iżda wkoll ferm iktar għali sabiex jagħmlu). Madankollu, id-drittijiet tad-difiża ma humiex prerogattivi mingħajr xkiel (ara, inter alia, is-sentenza tal‑15 ta’ Marzu 2012, G C‑292/10, EU:C:2012:142, punt 49). Il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GAT (u, wara, il-leġiżlatur tal-Unjoni) evidentement qieset li tali limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet kienet meħtieġa sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat tar-reġistrazzjoni.


76      Ara European Max Planck Group dwar “Conflict of Laws in Intellectual Property”, Principles for Conflict of Laws in Intellectual Property - Draft, Artikolu 2:703(1).


77      Ara Hess, B., Pfeiffer, T. and Schlosser, P., Report on the Application of Regulation Brussels I in the Member States (Study JLS/C4/2005/03), Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg 2007, § 818.


78      Ara, inter alia, is-sentenza tal‑15 ta’ Mejju 1990, Hagen (C‑365/88, EU:C:1990:203, punti 17, 19 u 20).


79      Ovvjament, fi proċedimenti ta’ ksur, l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Brussell I bis jidħol fis-seħħ jekk l-allegat kontravventur ikun qajjem tali eċċezzjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet li r-regoli proċedurali tal-forum jistgħu jimponu dwar iż-żmien u l-forma. Sa fejn dawn il-kundizzjonijiet ma jagħmluhiex eċċessivament diffiċli jew impossibbli, fil-prattika, għall-konvenut li jagħmel dan, ma humiex oġġezzjonabbli taħt id-dritt tal-Unjoni.


80      B’mod notevoli, il-qorti tar-rinviju tispjega li, skont ir-regoli ta’ proċedura Svediżi, azzjoni ta’ ksur tista’ tiġi sospiża sakemm tiġi ddeterminata l-azzjoni ta’ invalidità.


81      Ara, inter alia, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fis-sentenza GAT (C‑4/03, EU:C:2004:539, punt 46); Pocar, F., op. cit., § 102; u Hartley, T., op. cit., § 12.34.


82      Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2012, Solvay (C‑616/10, EU:C:2012:445, punti 49 u 50).


83      Dawk il-qrati jistgħu wkoll jagħtu deċiżjoni provviżorja u infurzabbli dwar il-ksur, suġġetta għal deċiżjoni kuntrarja dwar il-validità.


84      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fis-sentenza GAT (C‑4/03, EU:C:2004:539, punt 46); u Tang, Z. S., op. cit., pp. 47 sa 68.


85      Naturalment, iċ-ċirkustanzi kollha għandhom jitqiesu. Il-proċedimenti ta’ invalidità jistgħu jkunu diġà tant avvanzati, li ma jkunx meħtieġ li l-proċedimenti ta’ ksur jiġu sospiżi (u l-bqija).


86      Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/48.


87      Sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2012 (C‑616/10, EU:C:2012:445, punti 31 sa 51).


88      Sentenza tal‑1 ta’ Marzu 2005(C‑281/02, ‘fis-sentenza “Owusu”, EU:C:2005:120, punti 24 sa 35).


89      Xi esperti jiddefendu l-opinjoni opposta. Fil-fehma tagħhom, filwaqt li d-domiċilju tal-konvenut huwa l-kriterju ewlieni ta’ applikabbiltà tar-reġim ta’ Brussell, mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Brussell I bis jirriżulta li, fir-rigward ta’ tali tilwim, hija biss is-sitwazzjoni tal-proprjetà inkwistjoni (u l-bqija) jew il-qrati nnominati mill-ftehim, li tkun rilevanti. Għalhekk, fejn dawk il-fatturi jindikaw Stati terzi, it-tilwima taqa’ barra mill-portata tar-Regolament. Sfortunatament, dan ma huwiex dak li fil-fatt jgħid it-test ta’ dak ir-regolament. L-Artikolu 6(1) tiegħu jipprovdi li l-prinċipju skont liema japplikaw ir-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni fejn il-konvenut ma jkunx iddomiċiljat fl-Unjoni Ewropea huwa “[suġġett] […] [għall-]Artikoli 24 u 25”. Is-sens ċar ta’ dawn it-termini huwa li, f’każ bħal dan, il-kawża hija madankollu rregolata mir-regoli ta’ dan ir-regolament meta l-elementi msemmija f’dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jindikaw Stat Membru. Dawn ma jistgħux jiġu estiżi sabiex ifissru li dak ir-reġim ma jkoprix tilwim kontra konvenuti tal-Unjoni meta dawn jikkonċernaw proprjetà immobbli li tinsab fi Stat terz, jew ftehim ta’ għażla tal-qorti li jinnomina l-qrati ta’ Stat terz. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma din l-interpretazzjoni (ara, inter alia, is-sentenzi tad‑19 ta’ Lulju 2012, Mahamdia C‑154/11, is-sentenza “Mahamdia”, EU:C:2012:491, punt 39), u s-sentenza IRnova (punti 25 sa 28).


90      Għall-finijiet ta’ ġustizzja, fejn il-predeċessuri tiegħu kienu kompletament silenzjużi, ir-Regolament Brussell I bis jittratta l-kwistjoni (ara l-punt 115 ta’ hawn taħt).


91      Fil-fatt, il-Gvern Franċiż iqis li din is-soluzzjoni ma hijiex mixtieqa iżda hija imposta mit-test tar-Regolament (ara l-punti 115 u 139 iktar ’il quddiem).


92      Ara Droz, G., Compétence judiciaire et effets des jugements dans le Marché commun, Paris, Dalloz, 1972, §§ 164 sa 169 u 204.


93      Ara, inter alia, Mayer, P., Heuzé, V., and Remy, B., Droit international privé, LGDJ, Pariġi, it-12-il edizzjoni, 2019, § 360.


94      Bl-istess mod, l-Artikolu 27 ta’ dan ir-regolament jobbliga qorti ta’ Stat Membru tirrinunzja l-ġurisdizzjoni lil “qrati ta’ Stat Membru ieħor” biss.


95      Sentenza IRnova (punti 34 u 35).


96      Sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2000 (C‑387/98, “is-sentenza Coreck maritime”, EU:C:2000:606, punti 17 u 19, rispettivament).


97      Ara s-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2003, Gasser (C‑116/02, EU:C:2003:657, punt 72).


98      Ara Jenard, P. u –Möller G. Rapport dwar l-Konvenzjoni ta’ Lugano (ĠU 1990, C 189, p. 57), § 54, u Almeida Cruz, M., Desantes Real, M. u Jenard, P.r-Rapport dwar il-Konvenzjoni ta’ San Sebastián (ĠU 1990, C 189, p. 35) § 25.


99      Opinjoni tas‑7 ta’ Frar 2006 (iktar ’il quddiem l-“Opinjoni 1/03”, EU:C:2006:81).


100      Ara s-sentenza tal‑31 ta’ Marzu 1971, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (22/70, EU:C:1971:32, punti 17 sa 22).


101      Ara l-punt 135 ta’ hawn taħt.


102      Opinjoni 1/03 (punt 153). Il-fatt li l-Artikolu 4(1) jista’ japplika fejn it-tilwim jippreżenta, ma’ Stat terz, it-tip ta’ konnessjonijiet previsti fl-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament Brussell I bis jirriżulta wkoll mill-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 106 hawn taħt).


103      Ara s-sentenza Owusu (punt 37).


104      Skont id-duttrina tal-forum non conveniens, magħrufa fil-pajjiżi tad-dritt komuni, qorti tista’ tirrifjuta li teżerċita ġurisdizzjoni għar-raġuni li qorti fi Stat ieħor tkun forum iktar xieraq għall-proċess tal-azzjoni (ara s-sentenza Owusu (punt 8)). F’dik il-kawża, fil-fehma tal-qrati tar-Renju Unit, dik kienet il-Ġamajka.


105      Il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet ukoll l-applikazzjoni tad-duttrina tal-forum non conveniens għal raġunijiet ta’ prinċipju (ara l-punt 156 ta’ hawn taħt).


106      Dawk id-dispożizzjonijiet ikopru s-sitwazzjoni fejn kwalunkwe talba partikolari (l-Artikolu 34) jew talbiet relatati (l-Artikolu 33) tkun/ikunu pendenti, b’mod parallel, f’qorti ta’ Stat Membru u qorti ta’ Stat terz. Fuq il-bażi tad-dispożizzjoni rilevanti, il-qorti tal-Istat Membru, fejn kompetenti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis, tista’ tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur il-qorti tal-Istat terz, taħt ċerti kundizzjonijiet, inkluż li tkun “neċessarja għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja”. F’dan ir-rigward, il-premessa 24 ta’ dak ir-regolament tagħti ħjiel għal tilwim marbut mill-qrib ma’ Stati terzi, billi tindika li “meta tqis l-amministrazzjoni proprja tal-ġustizzja, il-qorti tal-Istat Membru kkonċernat” għandha tivvaluta, inter alia “jekk il-qorti tal-Istat terz għandhiex ġurisdizzjoni esklużiva fil-każ partikolari f’ċirkostanzi fejn qorti ta’ Stat Membru jkollha ġurisdizzjoni esklużiva”. Għalhekk, fejn japplikaw l-Artikolu 33 jew l-Artikolu 34, il-qrati tal-Istat Membru jistgħu indirettament iqisu dawk il-konnessjonijiet u jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni, mhux għal dawk ir-raġunijiet per se, iżda minħabba s-sitwazzjoni ta’ lis pendens. Madankollu, kif intqal iktar ’il fuq, dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw biss fejn il-qorti tal-Istat terz tkun ġiet invokata l-ewwel, u mhux fejn tkun ġiet invokata fit-tieni lok.


107      Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Brussell I bis huwa wkoll silenzjuż dwar l-argument inkwistjoni. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 5(1) tiegħu. L-ewwel waħda tindika li konvenuti “għandhom” jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom, u t-tieni li “jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla [fir-regolament]”. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jittrattaw biss l-allokazzjoni tal-ġurisdizzjoni bejn l-Istati Membri. Huma ma jindirizzawx il-kwistjoni dwar jekk il-qrati tad-domiċilju tal-konvenut jistgħux iċedu l-ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ Stat terz, u jekk iva, f’liema ċirkustanzi jistgħu jagħmlu dan.


108      Ara Briggs, A., Civil Jurisdiction and Judgments, Informa Law, Oxon, 2015, is-6 edizzjoni, pp. 316 sa362 fi p. 345, Mills, A., Party Autonomy in Private International Law, Cambridge University Press, Cambridge, 2018, p. 217. Notevolment, l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament Brussell I bis ma jidhrux f’taqsima magħluqa, intitolata “Possibilità li tiġi miċħuda l-ġurisdizzjoni favur il-qrati ta’ Stati terzi”. Minflok, dawn huma parti mill-Kapitolu II, Taqsima 9, tar-Regolament, bit-titolu “Lis pendens – azzjonijiet relatati”. Dawk id-dispożizzjonijiet lanqas ma jindikaw, pereżempju, li “Qorti ta’ Stat Membru tista’ biss tirrifjuta l-ġurisdizzjoni favur il-qrati ta’ Stat terz fejn […]”. Minflok, jindikaw li “fejn” ikun hemm sitwazzjoni ta’ lis pendens, il-qorti tal-Istat Membru tista’ tagħmel dan jekk il-kundizzjonijiet li jipprovdu jkunu ssodisfatti. L-istess jgħodd għall-premessa 24 ta’ dan ir-regolament. Din tal-aħħar tindika sempliċement li, fil-każ ta’ proċeduri konkorrenti, sabiex tevalwa jekk għandhiex tirrifjuta l-ġurisdizzjoni, il-qorti tal-Istat Membru tista’ tieħu inkunsiderazzjoni r-rabtiet mill-qrib tal-kawża mal-Istat terz inkwistjoni. Hija ma tgħidx li tali konnessjonijiet jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dik is-sitwazzjoni biss.


109      Ara s-sentenza Owusu (punti 48 sa 52). Xi drabi jiġi argumentat li l-Opinjoni 1/03 ssostni tali interpretazzjoni letterali. Madankollu, dan ma tagħmlux, għax sempliċement ma tindirizzax il-kwistjoni dwar jekk il-qrati tal-Istati Membri humiex obbligati jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni li joħorġu mir-reġim ta’ Brussell. B’mod simili, fis-sentenza IRnova, il-Qorti tal-Ġustizzja ma indirizzatx il-kwistjoni dwar jekk, peress li l-Artikolu 24(4) ma huwiex “applikabbli” għal tilwim dwar il-validità ta’ privattivi rreġistrati fi Stati terzi, il-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut huwa ddomiċiljat ikunux marbuta li jiddeċiedu fuq il-kwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex għalfejn tagħmel dan, peress li dik il-kawża ma kinitx dwar il-validità (ara l-punti 36 sa 48 ta’ din is-sentenza).


110      Sentenza Coreck (punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).


111      Ara s-sentenza Mahamdia (punti 60 sa 66).


112      Ara, għal dan il-għan, is-sentenza Mahamdia (punt 65). Ara wkoll, Kistler, A.R.E., “Effect of exclusive choice-of-court agreements in favour of third States within the Brussels I Regulation Recast”, Journal of Private International Law, Vol. 14, Nru 1, 2018, pp. 79 u 81 sa 83; Hartley, T.C., op. cit., §§13.19 sa 13.21. Għalhekk, li tiġi aċċettata l-fehma ssuġġerita minn BSH, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni jkun ifisser li tiġi aċċettata wkoll l-idea stramba li l-Qorti tal-Ġustizzja (1) impliċitament ħassret is-sentenza Coreck Maritime sa fejn fis-sentenza Owusu u (2) segwiet raġunament kompletament kontroversjali fis-sentenza Mahamdia.


113      Ara, fir-rigward tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Brussell I bis, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fis-sentenza ČEZ (C‑343/04, EU:C:2006:13, punti 35 sa 39); fir-rigward tal-Artikolu 24(4) ta’ dan ir-regolament, punt 60 hawn fuq; fir-rigward tal-Artikolu 24(5) ta’ dan ir-regolament, is-sentenza tas‑26 ta’ Marzu 1992, Reichert u Kockler (C‑261/90, EU:C:1992:149, punt 26)). Ara, b’mod ġenerali, ir-rapport Jenard, pp. 35 u 38; Usunier, L., op. cit., §§ 3, 43 u 59; Droz, G., op. cit., §§ 137 u 156; Gaudemet-Tallon, H., u Ancel, M.-E., op. cit., §§ 104 u 118; Hartley, T., op. cit., p 212, u Gothot, P., u Holleaux, D., §§ 154, 155 u 158.


114      Ara l-premessa 14 kif ukoll l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I bis.


115      Jew, b’mod iktar preċiż, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni, iżda biss fil-każ ta’ proċedimenti konkorrenti, u mhux jekk il-qrati tal-Istati Membri ġew invokati anki ġurnata waħda biss quddiem il-qrati tal-Istati terzi (ara l-punt 115 iktar ’il fuq), li jkun inkoerenti, jew saħansitra mhux assurd. Ir-“relazzjoni speċjali” bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ma tistax tiġġustifika tali differenza ta’ trattament. Id-drittijiet ta’ dawn l-Istati huma kkunsidrati, fl-Artikolu 24, mhux minħabba l-kapaċità tagħhom bħala Membri tal-Unjoni Ewropea, iżda sempliċement minħabba li huma entitajiet sovrani fl-ordni internazzjonali.


116      Ara, inter alia, Roorda, L. u Ryngaert, C., “Public International Law Constraints on the Exercise of Adjudicatory Jurisdiction in Civil Matters”, f’Forlati, S., u Franzina, P. (eds), Universal Civil Jurisdiction – Which Way Forward?, BRILL, 2020, pp. 74 sa 95, u Mills, A., “Rethinking Jurisdiction in International Law, The British Yearbook of International Law 2014, Vol. 84, Nru 1, pp. 187 sa 239.


117      Ara, inter alia, Roorda, L.u Ryngaert, C., op. cit., pp. 77, 82 u 87; Mills, A., Party Autonomy in Private International Law, p. 233; Usunier, L., op. cit., §§ 1, 43, u 67. BSH u l-Kummissjoni madankollu argumentaw li, kieku l-qrati ta’ Stat Membru kellhom, pereżempju, jiddikjaraw privattiva mogħtija minn Stat terz bħala invalida, dan jaffettwax is-sovranità ta’ dan l-Istat, peress li dik id-deċiżjoni ma tkunx irrikonoxxuta hemmhekk. Fil-fehma tiegħi, dan l-argument ma jagħmilx sens għal żewġ raġunijiet. L-ewwel, Stat terz jiċħad kwalunkwe awtorità għal tali deċiżjoni preċiżament minħabba li dan jiġi pperċepit bħala ndħil fi kwistjoni sovrana. It-tieni, peress li tali deċiżjoni qatt ma setgħet tiġi eżegwita f’dak l-Istat, a fortiori l-qrati tal-Istati Membri ma għandhomx jingħataw il-mandat li jiddeċiedu fl-ewwel lok (ara l-punt 134 iktar ’il quddiem).


118      Ara, inter alia, is-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 1998, Racke (C‑162/96, EU:C:1998:293, punt 46), u s-sentenza tas‑26 ta’ April 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑401/19, EU:C:2022:297, punt 70). Anki kieku il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod żbaljat qieset li tali limiti għall-ġurisdizzjoni ġudizzjarja ma jeżistux fid-dritt internazzjonali, kif issostni Electrolux, xorta waħda jkun kontra l-komunità internazzjonali li qorti ta’ Stat Membru tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li jolqtu d-drittijiet ta’ Stat terz.


119      Ara l-premessi 14 u 19 tar-Regolament Brussell I bis, kif ukoll, inter alia, is-sentenza tas‑7 ta’ Lulju 2016, Hőszig (C‑222/15, EU:C:2016:525, punt 44).


120      Sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 jiġu ssodisfatti u l-limiti imposti mir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni protettiva jkunu rrispettati (ara l-punt 150 hawn taħt).


121      Ara l-premessa 14, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 25 tar-Regolament Brussell I bis.


122      Ara l-punt 115 ta’ hawn fuq. Dan iħeġġeġ “tellieqa” li ma hijiex ġusta lejn il-qrati, fejn kull parti tfittex li tkun l-ewwel waħda li taġixxi sabiex tinforza jew, għall-kuntrarju, tħassar il-ftehim tal-għażla tal-qorti..


123      Ara s-sentenza tat‑12 ta’ Jannar 2023, TP (Editur awdjoviżiv għat-televiżjoni pubblika) (C‑356/21, EU:C:2023:9, punt 74 u l-ġurisprudenza ċċitata).


124      Tali limitazzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta. L-ewwel, ma tkunx “prevista mil-liġi”, peress li riżultat daqshekk drastiku jirriżulta mill-assenza ta’ regoli ddedikati fir-Regolament Brussell I bis. It-tieni, ma tantx tista’ titqies bħala li “ġenwinament [tilħaq] għanijiet ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni” (ara iktar punt 161 ta’ hawn taħt). It-tielet, anki jekk tali għan kien jeżisti, l-inkoerenza, jekk mhux l-assurdità, ta’ din il-limitazzjoni tagħmilha impossibbli li tiġi difiża. Infakkar li l-qrati tal-Istati Membri jitħallew jagħtu effett lill-ftehimiet tal-għażla tal-qorti favur Stat terz, fil-każ ta’ proċedimenti konkorrenti, iżda mhux jekk il-qrati tal-Istati Membri kienu invokati anki ġurnata waħda biss qabel il-qrati ta’ Stat terz (ara l-punt 115 iktar ’il fuq).


125      Ara, inter alia, is-sentenza tas‑26 ta’ April 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑401/19, EU:C:2022:297, punt 70 u l-ġurisprudenza ċċitata).


126      Ir-rifjut li tiġi rrikonoxxuta sentenza barranija mogħtija bi ksur tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat meħtieġ hija miżura komuni fid-dritt nazzjonali. Huwa pprovdut ukoll, intra-UE, fl-Artikolu 45(1)(e)(ii), tar-Regolament Brussell I bis, kif ukoll f’konvenzjonijiet internazzjonali, bħall-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar. ta’ Sentenzi Barranin f’Materji Ċivili jew Kummerċjali (ara l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6 ta’ dik il-konvenzjoni).


127      Ara l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 73(1) u (3) tar-Regolament Brussell I bis kif ukoll is-sentenza tal‑4 ta’ Mejju 2010, TNT Express Nederland (C‑533/08, EU:C:2010:243).


128      B’kuntrast ma’ dan, infakkar li l-KEP ma fihiex regoli ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali, ħlief eċċezzjoni waħda, li ma hijiex rilevanti għal din il-kawża (ara l-punt 23 iktar ’il fuq). Għalhekk, kif enfasizzaw l-intervenjenti kollha, Stat, bħat-Turkija, li huwa parti mill-KEP, għandu jiġi ttrattat bħal kwalunkwe Stat terz ieħor għall-finijiet tar-regoli tar-Regolament Brussell I bis.


129      Konvenzjoni approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/887/UE tal‑4 ta’ Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Den Haag tat‑30 ta’ Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Forum (ĠU 2014, L 353, p. 5) (“il-Konvenzjoni ta’ Den Haag”).


130      Ara l-Artikoli 22 u 23 tal-Konvenzjoni Lugano II u l-Artikolu 3(a) tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag.


131      Jiġifieri iċ-Ċina, il-Messiku, il-Montenegro, Singapor, l-Ukraina u r-Renju Unit (ara l-Konferenza ta’ Den Haag dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, Tabella tal-Istatus, 37; Konvenzjoni tat‑30 ta’ Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Qorti aċċessibbli fuq https://www.hcch.net/en/instruments/conventions/status-table/?cid=98).


132      C‑129/19, EU:C:2020:375, punti 117 sa 123.


133      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fis-sentenza BV (C‑129/19, EU:C:2020:375, punt 123).


134      Id-domanda ġiet magħżula, fid-dawl tar-riformulazzjoni futura tar-reġim ta’ Brussell, minn diversi studji kkummissjonati mill-Kummissjoni (ara, inter alia, Hess, B., Pfeiffer, T., u Schlosser, P., op. cit., §§ 360 sa 362 u 388) u fir-rapport tal-Kummissjoni 2009 (p. 5). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet interessati dwar dik id-domanda (ara l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tal‑21 ta’ April 2009 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (KUMM(2009) 175 final), p. 4).


135      Ara l-Parlament Ewropew, Kumitat għall-Affarijiet Legali, dok 2010/0383(COD), id‑19 ta’ Ottubru 2011, Emendi 106, 112 u 113.


136      Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dok. 9474/11 ADD 8, it‑8 ta’ Ġunju 2011, Note from the United Kingdom delegation to Working Party on Civil Law Matters (Brussels I), pp. 7 sa 15; doc. 9474/11 ADD 14, is‑16 ta’ Ġunju 2011, Note from the French delegation to Working Party on Civil Law Matters (Brussels I), pp. 8 sa 18; doc. 8000/12, it‑22 ta’ Marzu 2012, Note from the United Kingdom delegation to Working Party on Civil Law Matters (Brussels I), pp. 1 sa 8; doc. 8205/12, is‑27 ta’ Marzu 2012, Note from the French delegation to Working Party on Civil Law Matters (Brussels I), pp. 1‑7.


137      L-approvazzjoni (li dak iż-żmien kienet) futura mill-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tidher ftit drabi (ara l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dok. 9549/12, l‑4 ta’ Mejju 2012, Note from the delegation of the United-Kingdom to Working Party on Civil Law Matters (Brussels I), p. 2) u tista’ tispjega għaliex il-leġiżlatur għażel li ma jżidx regoli dwar ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti favur Stati terzi fir-regolament.


138      Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dok. 13756/11 ADD 1, id‑9 ta’ Settembru 2011, Note from German delegation to Working Party on Civil Law Matters (Brussels I), p. 3 (enfasi miżjuda).


139      Fil-letteratura jitressaq argument li l-leġiżlatur tal-Unjoni tabilħaqq ried jiċħad lill-qrati tal-Istati Membri d-dritt li jagħtu effett lil ftehimiet tal-għażla tal-qorti favur qrati ta’ Stati terzi, minħabba li dan jagħti inċentiv lill-Istati terzi sabiex jaderixxu. għall-Konvenzjoni ta’ Den Haag (ara Beaumont, P., “The revived Judgments Project in The Hague”, Netherlands Internationaal Privaatrecht (NIPR), 2014, Vol. 4, pp. 532 sa 539). Huwa veru li, l-awtur kien membru tal-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill li fassal ir-Regolament Brussell I bis. Madankollu, dikjarazzjoni ta’ espert bħal din ma tantx tista’ tkun biżżejjed sabiex tistabbilixxi r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni, speċjalment fejn tiġi kontradetta minn dikjarazzjonijiet ta’ delegazzjonijiet oħra. Fi kwalunkwe każ, l-idea li l-leġiżlatur qatt seta’ kellu l-intenzjoni li jissagrifika l-awtonomija tal-partijiet taħt ir-regolament sabiex jippromwovih fil-livell internazzjonali ma tagħmilx sens.


140      Ara l-proposta tal-Kummissjoni, l-Artikolu 4(2).


141      Ara, inter alia, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, Dok. A7‑0320/2012, il‑15 ta’ Ottubru 2012, Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni) (COM(2010)748)); Il-Kunsill, dok. 9474/11 ADD 9, l‑10 ta’ Ġunju 2011, Note from the Belgian delegation to Working Party on Civil Law Matters, p 3.


142      Ara, inter alia, fir-Renju Unit, High Court, Queen’s Bench Division (il-Qorti Kummerċjali), Konkola Copper Mines plc vs Coromin [2005] 2 Lloyd’s Rep. 555; High Court, Queen’s Bench Division (il-Qorti Kummerċjali), Ferrexpo AG vs Gilson Investments [2012] EWHC 721 (Comm); fi Franza, Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), Chambre Civile 1, 2 April 2014, 13-11.192, FR:CCASS:2014:C100356. Ara, iktar Nuyts, A., Study on Residual Jurisdiction, General Report, 2007, pp. 73 sa 80.


143      Ara, inter alia, Nuyts, A., “La théorie de l’effet réflexe”, f’Le droit processuel et judiciaire européen, Brussell, La Charte, 2003, pp. 73 sa 89; Mills, A., Party Autonomy in Private International Law, p. 138; Harris, J., “Stay of proceedings and the Brussels Convention” ICLQ, 2005, Vol. 54, pp. 933 sa 950; Bachmeir, T., u Freytag, M., “Discretional elements in the Brussels Ia Regulation”, Journal of Private International Law, 2022, Vol. 18, No. 2, pp. 296 sa 316; Kistler, A.R.E., op. cit., pp. 66 sa 95; Fawcett, J.J., u Torremans, P., op. cit., § 7.218; Usunier, L., op. cit., § 14; De Verneuil Smith, P., Lasserson, B., u Rymkiewicz, R., “Reflections on Owusu: The Radical Decision in Ferrexpo”, Journal of Private International Law, 2012, Vol. 8, Nru 2, pp. 389 sa 405; Dicey, A.V., Morris, J.H.C., u Collins, L.A.C., The Conflict of Laws, Sweet & Maxwell U.K., 2012, 15-il edizzjoni, §§ 12.021 sa 12.024; Ara Goodwin, J., “Reflexive effect and the Brussels I Regulation”, Law Quarterly Review, 2013, Vol. 129, pp. 317 sa 320; Takahashi, K., “Review of the Brussels I Regulation: A Comment from the Perspectives of Non-Member States (Third States)”, Journal of Private International Law, 2012, Vol. 8, no 1,, pp. 8 sa 11; Briggs, A., op. cit., §§ 2.305 sa 2.308; Gaudemet-Tallon, H., u Ancel, M.-E., op. cit., § 106; u Gothot, P., u Holleaux, D., op. cit., §§ 37 u 142.


144      Naturalment, din hija “riflessjoni” imperfetta tas-soluzzjoni li tirriżulta mill-Artikoli 24 u 25 għal tilwim intra-UE. Hemmhekk, kwalunkwe qorti oħra minbarra dawk innominati, hija mċaħħda mill-ġurisdizzjoni u hija obbligata li tirrinunzja mill-ġurisdizzjoni.


145      Ma huwiex biżżejjed, pereżempju, li tilwima tikkonċerna privattiva ta’ Stat terz; din għandha tikkonċerna, speċifikament, il-validità jew ir-reġistrazzjoni tagħha, kif previst fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament Brussell I bis.


146      Minbarra, ovvjament, dak li jikkonċerna n-nomina tal-qrati ta’ Stat Membru.


147      Ara l-Artikoli 15, 19 u 23 u l-Artikolu 25(4) tar-Regolament Brussell I bis.


148      Ara, għal dan il-għan, is-sentenza Mahamdia (punt 64).


149      Ara Kistler, A.R.E., op. cit., pp. 89 u 90; Nuyts, A., “La théorie de l’effet reflexe”, § 6 Mills, A., Party Autonomy in Private International Law, pp. 138 u 233; Goodwin, J., op. cit., pp. 317 sa 320; Gaudemet-Tallon, H., u Ancel, M.-E., op. cit., § 106; Bachmeir, T., u Freytag, M., op. cit., p. 309; u Usunier, L., op. cit., § 14.


150      B’analoġija, fis-sentenza tagħha tas‑27 ta’ Ġunju 1991, Overseas Union Insurance et (C‑351/89, EU:C:1991:279), il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, f’termini mhux ikkwalifikati, prinċipju li jirregola l-operat tar-regoli ta’ lis pendens tar-reġim ta’ Brussell (“fl-ebda każ il-qorti li tkun invokata t-tieni ma hija f’pożizzjoni aħjar minn dik il-qorti li ġiet invokata l-ewwel sabiex tiddetermina jekk din tal-aħħar għandhiex ġurisdizzjoni”) (punt 23). Fl-istess ħin, hija rriżervat espressament ix-xenarju tal-qorti li ġiet invokata t-tieni li jkollha ġurisdizzjoni esklużiva (ara l-punt 20). Eventwalment, fis-sentenza tagħha tat‑3 ta’ April 2014, Weber (C‑438/12, EU:C:2014:212, punti 53 et seq.), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet eċċezzjoni għal dan il-prinċipju, preċiżament għax-xenarju li kienet inizjalment irriżervat.


151      Ara s-sentenza Owusu (punti 38 sa 43).


152      Ara l-Artikoli 30, 33 u 34 tar-Regolament Brussell I bis. Barra minn hekk, il-grad (ċkejken) ta’ inċertezza li tiġi ma’ diskrezzjoni daqshekk limitata huwa infinitament preferibbli għaċ-ċertezza assoluta, u l-assurdità, li tiġi mas-soluzzjoni li tikkonsisti fl-obbligazzjoni tal-qrati tal-Unjoni li jiddeċiedu kawżi bħal dawn.


153      Ara Nuyts, A., Study on residual jurisdiction, §§ 93 sa 96 u 103.