Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-69/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers u M. Ioan, aġenti)

Konvenut: Ir-Rumanija

Talbiet

tikkonstata li, peress li naqset milli tadotta u naqset milli tissottometti lill-Kummissjoni Ewropea Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) u taħt l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE 1 ;

tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li d-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi stabbilixxiet impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal ħames sustanzi ewlenin li jniġġsu l-arja għall-perijodu 2020 sa 2029 u mill-2030 ’il quddiem. Sabiex jintlaħqu dawn l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, l-Artikolu 6(1) jimponi li l-Istati Membri jadottaw Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (PNKTA).

Bis-saħħa tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, ir-Rumanija kellha tissottometti PNKTA lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-1 ta’ April 2019, u l-azzjonijiet previsti mill-awtoritajiet Rumeni kellhom jibdew qabel dik id-data.

Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni li billi ma adottatx u ma ssottomettietx il-PNKTA lill-Kummissjoni sad-data ta’ dan ir-rikors, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) u taħt l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284.

____________

1     ĠU 2016, L 344, p. 1.