Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Settembru 2010 - Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-84/10)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Efstratios Chatzidoukakis (Schrassig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance għall-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li ibnu jirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta' għotja u ta' self.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni li titnaqqas l-"allowance għall-edukazzjoni" mħallsa lir-rikorrent, kif tirriżulta mid-dikjarazzjoni tad-dħul tax-xahar ta' Frar 2010, kif ukoll id-dikjarazzjoni tad-dħul inkwistjoni sa fejn tnaqqset parzjalment l-"allowance għall-edukazzjoni"; it-tieni nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2010, dwar it-tnaqqis tal-"allowance għall-edukazzjoni" mħallsa lir-rikorrent u għat-tnaqqis li jammonta għal EUR 375 applikat għal din tal-aħħar, tnaqqis li jidher fid-dikjarazzjoni tad-dħul tax-xahar ta' Marzu 2010, it-tielet nett, id-dikjarazzjoni tad-dħul tax-xahar ta' Marzu 2010, li tnaqqas l-"allowance għall-edukazzjoni" mogħtija lir-rikorrent u li tinkludi tnaqqis retroattiv li jammonta għal EUR 375, ir-raba' nett, id-dikjarazzjonijiet ta' dħul tax-xhur ta' April u ta' Awwissu 2010, sa fejn jimplikaw tnaqqis parzjali tal-"allowance għall-edukazzjoni"; il-ħames nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2010, li espressament tiċħad it-tnaqqis;

jordna r-rimbors tas-somom li tnaqqsu lir-rikorrent, bl-imgħax;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________