Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 2007 - Gnemmi u Aguiar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-97/04)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta' żvilupp fil-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002 - Rikors manifestament inammissibbli u manifestament mingħajr bażi ġuridika)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laura Gnemmi (Hünsdorf, il-Lussemburgu) u Eugénia Aguiar (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Bounéou u F. Frabetti imbagħad F. Frabetti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, prinċipalment, ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2001/2002, f'dak li jikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, tar-rapporti ta' karriera tar-rikorrenti għal dan l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni.

Parti operattiva

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u, fir-rigward tal-bqija, bħala manifestament mingħajr bażi ġuridika.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 106 tat-30.4.2004..