Language of document : ECLI:EU:T:2009:526





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 – Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑396/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-arja – Deroga mogħtija lil Stat Membru – Rifjut ta’ eżami mill-ġdid mill-Kummissjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni - Deċiżjoni amministrattiva negattiva - Sospensjoni li ma tistax tbiddel is-sitwazzjoni tar-rikorrent - Esklużjoni (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 34, 35)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà -Rabta tal-miżura mitluba mat-talbiet fil-kawża prinċipali - Natura provviżorja u mhux definittiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 36-39)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Miżuri inkompatibbli mat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet - Talba intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tapplika b’mod partikolari sentenza eventwali ta’ annullament deċiża fir-rigward tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà (Artikoli 266 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 41, 42)

Suġġett

Talba, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009, li tiddikkjara inammissibbli t-talba tar-rikorrenti intiża għal eżami mill-ġdid mill-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tagħha C (2009) 2560 finali, tas‑7 ta’ April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill‑obbligi tiegħu fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u, min-naħa l-oħra, għal miżuri provviżorji li jġiegħlu lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi josserva l-obbligi tiegħu mill-iktar fis.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.