Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Radelet vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-7/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz – Artikoli 5 u 23 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni mill-istituzzjoni – Awtorizzazzjoni mogħtija lill-uffiċjal sabiex jieħu akkomodazzjoni bil-kera – Rikors għad-danni – Dannu morali – Allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni inkonvenjenti u perikoluża – Assenza ta’ prova)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luc Radelet (Antananarivo, il-Madagaskar) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni meħuda bħala risposta għat-talba tar-rikorrent, assenjat fid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Antananarivo, il-Madagaskar, intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-diffikultajiet li rriżultaw meta ġie biex jirrisjedi fil-belt imsemmija iktar ’il fuq.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.L. Radelet għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.