Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2024 – Solidexpert Polska vs EUIPO (woodexpert)

(Kawża T-68/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Solidexpert Polska sp. z o.o (Krakow, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali woodexpert – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 707 311

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1788/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-appell u tikkonferma r-rifjut tal-protezzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali woodexpert fir-rigward ta’ oġġetti fil-Klassi 9: Applikazzjonijiet ta’ softwer tal-kompjuter, li jitniżżlu; programmi għall-kompjuter; programmi biex jitħaddmu l-kompjuters;     programmi tal-kompjuter, li jitniżżlu; programmi tal-kompjuter, irrekordjati, u servizzi fil-Klassi 42: Aġġornamenti ta’ softwer; softwer bħala servizz; duplikazzjoni ta’ programmi tal-kompjuter; servizzi ta’ Inġinerija; kiri ta’ softwer tal-kompjuter; disinn ta’ tiżjin ta’ ġewwa; servizzi ta’ disinn ta’ għamara; disinn ta’ arti industrijali; servizzi ta’ disinn ta’ arti industrijali;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 flimkien mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mal-artikolu 70(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.

____________