Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Marzu 2011Visti Beheer vs UASI - Meister (GOLD MEISTER)

(Kawża T-372/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja GOLD MEISTER - Trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja preċedenti MEISTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Visti Beheer BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Herbetz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Meister & Co. AG (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1465/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Meister & Co. AG u Visti Beheer BV.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Visti Beheer BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-UASI.

3)    Meister & Co. AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.