Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – Simpson Performance Products vs EUIPO – Freundlieb (BANDIT)

(Kawża T-173/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BANDIT – Trade mark verbali mhux irreġistrata preċedenti BANDIT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Identifikazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi li fuqhom hija bbażata l-oppożizzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Simpson Performance Products, Inc. (New Braunfels, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Götz, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Freundlieb (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob ir-riforma jew l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Jannar 2023 (Każ R 784/2022-2).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Jannar 2023 (Każ R 784/2022-2) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Simpson Performance Products, Inc.

Andreas Freundlieb għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.