Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – Laboratoire Nuxe vs UASI – NYX, Los Angeles (NYX)

(Kawża T-537/14)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoire Nuxe (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Antoine-Lalance, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NYX, Los Angeles Inc. (California, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2014, fil-Każ R 1575/2013-5;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: NYX, Los Angeles Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NYX”, għal prodotti fil-klassi 3 – reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea Nru 11 052 316Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “NUXE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħudaMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009