Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 minn Desislava Kolarova mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Kolarova vs REA

(Kawża T-533/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Desislava Kolarova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Desislava Kolarova vs REA, li għandu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-PMO.1, innotifikata fit-28 ta’ Novembru 2012, li biha hija miċħuda t-talba tal-appellanti tal-20 ta’ Lulju 2012 dwar l-assimilazzjoni ta’ ommha, Anna Borisova PETROVA, ma’ wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013;

tiddikjara ammissibbli r-rikors tas-17 ta’ Settembru 2013 u tilqa’ t-talbiet tal-appellanti magħmula fl-ewwel istanza;

konsegwentement, tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u tikkundanna lill-REA u/jew lill-Kummissjoni għal ħlas tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt u fuq limitazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) qies, bi żball, li kellu informazzjoni suffiċjenti mid-dokumenti prodotti mill-partijiet u konsegwentement ikkunsidra bi żball li ma kienx hemm lok li tinfetaħ proċedura orali.It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ dritt, sa fejn it-TSP ikkunsidra bi żball li l-argument tal-appellanti fis-sens li ftehim bħall-ftehim ta’ servizz “ma jneħħix ir-responsabbiltà tal-

persuna li tiddelega”, ma jieħux manifestament inkunsiderazzjoni il-kliem tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 91a tar-Regolamenti tal-Persunal.It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tal-appellanti għal aċċess effettiv għal tribunal.