Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - Il-Kummissjoni vs Trends

(Kawża T-449/04)1

("Klawżola arbitrarja - It-tieni programm qafas fir-rigward ta' azzjonijiet ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku - Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta' l-informatika tat-trasport fit-toroq u tat-telekomunikazzjonijiet - Nuqqas ta' ġustifikazzjonijiet għal parti mill-ispejjeż iddikjarati - Xoljiment tal-kuntratti -Skadenza ta' kuntratti ")

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia, aġent, assistit minn K. Kapoutzidou u S. Chatzigiannis, avukati )

Konvenuta: Transport Environment Development Systems (Trends) (Ateni, Il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u V. Vlassi, avukati)

Suġġett

Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' klawżola arbitrarja fis-sens ta' l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Trends tiġi kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 195,435, flimkien ma' l-interessi kuntrattwali jew, alternattivament, flimkien ma' l-interessi għal dewmien.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

It-talba inċidentali hija miċħuda.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jirrigwardaw it-talba inċidentali.

Transport Environment Development Systems (Trends) għandha tbati l-ispejjeż relatati mat-talba inċidentali.

____________

1 - ĠU C 184, 2.8.2003 (preċedentement Kawża C-249/03).