Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Jannar 2021 – JW, HD, XS vs LOT Polish Airlines

(Kawża C-20/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JW, HD, XS

Konvenut: LOT Polish Airlines

Domanda preliminari

Il-punt 1(b) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u maqsuma f’żewġ partijiet tat-titjira jew iktar, il-post ta’ twettiq fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jista’ jkun ukoll il-post tal-wasla tal-ewwel parti tat-titjira meta t-trasport fuq dawn il-partijiet tat-titjira jsir minn żewġ trasportaturi tal-ajru differenti u meta r-rikors għal kumpens, ippreżentat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 2 , joriġina mid-dewmien tal-ewwel parti tat-titjira u huwa ppreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru inkarigat minn din l-ewwel parti tat-titjira?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.