Language of document : ECLI:EU:T:2013:33





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Jannar 2013 – Fercal – Consultadoria e Serviços vs UASI – Jacson of Scandinavia (JACKSON SHOES)

(Kawża T‑474/09)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali JACKSON SHOES — Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti JACSON OF SCANDINAVIA AB — Raġuni relattiva għal rifjut — Raġuni relattiva ta’ invalidità — Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Trade mark verbali JACKSON SHOES u isem kummerċjali JACSON OF SCANDINAVIA AB (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4) u 53(1)(c)) (ara l-punti 22-25, 32, 33, 35-37)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li taqta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ fatti ġodda — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65 u 76(1)) (ara l-punti 27)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1253/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Jacson of Scandinavia AB u Fercal – Consultadoria e Serviços, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fercal – Consultadoria e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.