Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-488/10)
“FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique – Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 93/37/KEE – Kunċett ta’ ‘sussidju dirett’ – Kunċett ta’ ‘tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment’ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ proporzjonalità”
1. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Intervent li għandu bħala effett li jtaffi l-ispejjeż ta’ impriża - Effett fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ sussidju fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 93/37 (Artikolu 107(1) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 2(1)) (ara l-punti 25-33)
2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37 - Finalità - Effett utli (Direttiva tal-Kunsill 93/37) (ara l-punti 59-65)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja (Artikolu 296 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 2(2)) (ara l-punti 68-71)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5229, tat-28 ta’ Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) abbażi ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-objettiv 1 għal intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique fi Franza. |
Dispożittiv
2) | | Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |