Language of document : ECLI:EU:T:2011:400





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 – Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/10)

“Rikors għad-danni – Politika agrikola komuni – Sejħiet għal offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju – Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni – Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 13, 15)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni fl-adozzjoni tal-att - Teħid inkunsiderazzjoni neċessarju matul l-eżami tar-responsabbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 14, 26)

3.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR - Għoti ta’ għajnuna u ta’ premiums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post - Portata - Kontrolli mhux affidabbli - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà (Artikolu 10 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 9(1)) (ara l-punt 19)

Suġġett

Rikors għad danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għal offerti permananti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta’ intervent Ungeriża.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Fuchshuber Agrarhandel GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.