Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2024 – Banque postale vs BĊE

(Kawża T-71/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: La Banque postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u C. Duriez, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla t-Taqsima 3 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB-SSM-2023-FRBPL-8 (flimkien mal-annessi tagħha), tat-30 ta’ Novembru 2023, sa fejn din tipprovdi għal miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-impenji ta’ pagamenti irrevokabbli li jirrigwardaw is-sistema ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi, li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-186/22, BNP Paribas vs BĊE.

____________