Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Fon Wireless vs UASI – Henniger (NEOFON - FON ET AL.)

(Kawża T-777/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Henniger (Starnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali ʽNeofonʼ–applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 674 893

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2519/2013-4Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement, tieħu l-passi meċessarji sabiex tiżgura l-effettività tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatKsur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.