Language of document : ECLI:EU:T:2015:655





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2015 –
Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑779/14)

“Rikors għal annullament – Riżorsi proprji tal-Unjoni – Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri – Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont korrispondenti għal telf fir-riżorsi proprji – Ittra tal-Kummissjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra tal-Kummissjoni li tistieden formalment lil Stat Membru biex ipoġġi riżorsi proprji tradizzjonali għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni – Esklużjoni – Ittra li ma toħloqx effetti legali vinkolanti – Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000; Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436) (ara l-punti 23-25, 34-47, 52, 56, 59)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Responsabbiltà tal-Istati Membri – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000, Artikolu 2(1), 9(1), u 17(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436, Artikolu 2(1)(a) 8(1)) (ara l-punti 27‑33)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 3139078 tal-24 ta’ Settembru 2014, li biha din tal-aħħar tordna lir-Repubblika Slovakka tpoġġi għad-dispożizzjoni tagħha l-ammont gross li jammonta għal EUR 1 453 723.12 (li minnhom għandhom jitnaqqsu 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan mhux iktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol wara d-dsatax-il jum tat-tieni xahar wara li ntbagħtet din l-ittra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Rumanija.

3)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet ta’ intervent.