Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Marzu 2016 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)

(Kawża T-778/14)1

(“Trade mark Komunitarja – Procedura ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja COYOTE UGLY– Raġunijiet relattivi għal rifjut – skadenza tat-trade mark Komunitarja preċedenti – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza tat-trade mark mhux irreġistrata – Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 – Assenza ta’ trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Artikolu 8(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ugly, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u C. Mackey, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Group Lottuss Corp., SL (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1369/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ugly, Inc. u Group Lottuss Corp.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ugly, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1     ĠU C 26, 26.1.2015.