Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Fon Wireless vs EUIPO – Henniger (Neofon)

(Kawża T-777/14) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Neofon – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FON – Raġuni assoluta ta’ rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Henniger (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. von Groll-Schacht, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2519/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fon Wireless Ltd u Andreas Henniger.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2519/2013-4) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Fon Wireless Ltd.

A. Henniger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 26, 26.1.2015.