Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Red Lemon vs EUIPO – Lidl Stiftung (ABTRONICX2)

(Kawża T-776/14) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABTRONICX2 – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TRONIC – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Red Lemon Inc. (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Wieland u S. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2078/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Red Lemon Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Red Lemon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 46, 9.2.2015.