Language of document : ECLI:EU:T:2016:122





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2016 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)

(Kawża T‑778/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali COYOTE UGLY – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Skadenza tat-trade mark verbali preċedenti – Artikolu 8(1)(a)u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ trade mark mhux irreġistrata – Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 – Assenza ta’ trade mark notorjament magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4) (ara l-punti 26, 27, 46)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Użu minn sinjal li jintuża fil-kummerċ – Kunċett – Użu fil-kuntest ta’ attività kummerċjali maħsub għal vantaġġ ekonomiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 28)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Portata lokali tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 29, 30)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Użu minn sinjal li jintuża fil-kummerċ – Kriterju temporali [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)(a)] (ara l-punt 31)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Trade mark verbali COYOTE UGLY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 48)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili notorjament magħrufa fi Stat Membru – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali COYOTE UGLY [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1))(b), u 2, (c)] (ara l-punt 63)

7.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – Għan (Artikolu 296 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75, l-ewwel sentenza) (ara l-punti 66, 67)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1369/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ugly, Inc. u Group Lottuss Corp.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ugly, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.