Language of document : ECLI:EU:T:2016:293





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Red Lemon vs EUIPO– Lidl Stiftung (ABTRONIC)

(Kawża T‑775/14)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABTRONIC – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TRONIC – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt li ma tressqux qabel quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2)) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 23, 24, 49, 50, 56)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 29, 30)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva ABTRONIC u trade mark verbali TRONIC [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 48, 55-58)

5.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità (ara l-punti 59, 60)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2060/2013‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Red Lemon Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Red Lemon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.