Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Diċembru 2010 - Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-578/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat u A. Tresandi Blanco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

li tiġi annullata skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 6676 finali, tat-30 ta' Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387, tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 - Azzar għall-prekompressjoni];

sussidjarjament, tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 6676 finali, tat-30 ta' Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 - Azzar għall-prekompressjoni sa fejn dan jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni peress li ma applikatx għar-rikorrenti t-terminu supplementari mogħti għall-ħlas tal-multa lil GSW, kif ukoll sa fejn hija effettwata minn nuqqas ta'motivazzjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-575/10 Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni.

____________