Language of document :

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2021 minn YG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-20 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-599/20, YG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-818/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: YG (rappreżentanti: A. Champetier, avukata, S. Rodrigues, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza kkontestata, tiddikjara t-talbiet tal-appellant fil-Każ T-599/20 ammissibbli u fondati, u konsegwentement

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati fl-ewwel istanza;

jew, jekk dan ma huwiex possibbli,

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni, u, fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-20 ta’ Ottubru 2021 adottata mill-Qorti Ġenerali fl-Unjoni Ewropea, li tiċħad rikors ippreżentat mill-appellant fil-Każ T-599/20, YG vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni l-aggravji li ġejjin:

Znaturament tal-provi;

Interpretazzjoni żbaljata tat-talbiet – Żbalji fir-raġunament – Ksur tad-drittijiet tad-difiża;

Żbalji ta’ liġi.

____________