Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Marzu 2011 - Cofra vs UASI - O2 (can do)

(Kawża T-163/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cofra Holding AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: K.-U. Jonas u J. Bogatz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: O2 Holdings Ltd (Slough, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta' Jannar 2011 fil-Każ R 246/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, il-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: O2 Holding Ltd.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "can do" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 25, 35, 36, 38 u 43

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva nazzjonali, li fiha l-element verbali "CANDA", għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15 u tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 u tar-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 2, billi l-Bord tal-Appell applika kriterji li kienu restrittivi wisq fl-evalwazzjoni tal-prova tal-użu ġenwin u ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta' bejgħ fl-impriża tar-rikorrenti. Barra minn hekk, ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell naqas b'mod żbaljat milli jikkunsidra d-dokumenti varji ppreżentati insostenn tal-użu ġenwin tat-trade mark invokata fl-oppożizzjoni. Fl-aħħar nett, ksur tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma informax lir-rikorrenti bil-fatt li huwa kien ikkunsidra l-prova tal-użu ġenwin bħala insuffiċjenti u ma tax lir-rikorrenti l-opportunità li tippreżenta provi oħra fis-seduta.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189)