Language of document : ECLI:EU:T:2013:213





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ April 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑32/08)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Analiżi tas-suq fid-dawl tal-elaborazzjoni ta’ approċċ ġdid ta’ sit tal-internet — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Kriterji ta’ selezzjoni u kriterji ta’ għoti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 89(1)) (ara l-punt 27)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punt 29-31)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġu kkomunikati, fuq talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relatati mal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent magħżul — Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva fid-dettall tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent li ma ntgħażilx — Assenza (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 35-38, 43-45)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Kriterji ta’ għoti — Servizzi ta’ assistenza-konsulenza fit-teknoloġija tal-informazzjoni — Kriterji relatati mal-evalwazzjoni tal-kapaċità teknika u professjonali tal-offerenti sabiex jeżegwixxu l-kuntratt inkwistjoni — Kriterji normalment użati sabiex jintgħażlu l-offerenti — Applikazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 93, 94, 96(2)(a) u 97(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 137 u 138(2)) (ara l-punti 47, 56-64, 68, 71, 72)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kontenut tagħhom u mhux mill-esperjenza preċedenti mal-istess awtorità kontraenti (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punt 81)

6.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors fl-intier tiegħu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 93)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti dwar analiżi tas-suq fid-dawl tal-elaborazzjoni ta’ approċċ ġdid tas-sit tal-internet “Iż-żgħażagħ Ewropej u l-ambjent” u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.