Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Sarafraz vs Il-Kunsill

(Kawża T-273/13) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Bażi legali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Żball ta’ evalwazzjoni – Ne bis in idem – Libertà ta’ espressjoni – Libertà tal-midja – Libertà professjonali – Moviment liberu – Dritt għall-proprjetà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mohammad Sarafraz (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: inizjalment minn T. Walter, sussegwentement minn J. M. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. L. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, Á. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Stiftung Organisation Justice for Iran (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Pulles, sussegwentement minn R. Marx, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK, tal-11 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 57), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2013, tal-11 ta’ Marzu 2013, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 9), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK, tal-10 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 25), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014, tal-10 ta’ April 2014, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 9), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/555, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 91), u, is-sitt nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/548 tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mohammad Sarafraz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Stiftung Organisation Justice for Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 207, 20.7.2013.