Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2023 – Naturgy Energy Group vs EUIPO - Global Power Service (gps global power service)
(Kawża T-312/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Naturgy Energy Group, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Power Service SpA (Verona, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “gps global power service” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 001 007
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 505/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla/tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tiċħad ir-rikors R 505/2022-4, u tilqa’ fit-totalità tagħha t-trade mark kontenzjuża għall-prodotti u s-servizzi kollha miltuba;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti (fil-każ li hija tidher u tintervjeni f’dan ir-rikors) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet u quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________