Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2016 – Universal Protein Supplements vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ body builder)

(Kawża T-335/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea” – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta body builder – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. (New Brunswick, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Objet

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6  ta’ Marzu 2015 (Każ R 2958/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta body builder bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Universal Protein Supplements Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2015.