Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Harper Hygienics vs UASI – Clinique Laboratories (CLEANIC intimate)

(Kawża T-363/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CLEANIC intimate – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CLINIQUE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Harper Hygienics S.A.(Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment R. Rumpel, sussegwentement D. Rzążewska u G. Pietras, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Clinique Laboratories, LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard, avukat, u K. Hughes, solicitor, sussegwentement K. Hughes)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 606/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Clinique Laboratoires, LLC u Harper Hygienics S.A.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Harper Hygienics S.A. hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Clinique Laboratoires, LLC.