Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/13) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Kabotaġġ marittimu – Għajnuna implementata minn Franza favur Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u Compagnie méridionale de navigation – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens għal servizz komplimentari għas-servizz bażiku intiż sabiex ikopri l-iktar perijodi impenjattivi matul l-istaġun turistiku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Sentenza Altmark”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, D. Colas u N. Rouam, sussegwentement G. de Bergues, D. Colas, F. Alabrune u J. Bousin, u finalment D. Colas, F. Alabrune u J. Bousin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (ĠU 2013, L 220, p.20).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 252, 31.8.2013.