Language of document : ECLI:EU:T:2017:135





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Marzu 2017 – Franza vs IlKummissjoni

(Kawża T-366/13)

“Għajnuna mill-Istat – Kabotaġġ marittimu – Għajnuna implementata minn Franza favur Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u Compagnie méridionale de navigation – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens għal servizz komplimentari għas-servizz bażiku intiż sabiex ikopri l-iktar perijodi impenjattivi matul l-istaġun turistiku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Sentenza Altmark”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – Esklużjoni – Kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark

(Artikolu 107(1)TFUE)

(ara l-punti 77-83)

2.      Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti – Kontroll mill-Kummissjoni u stħarriġ ġudizzjarju limitati għall-każ ta’ żball manifest – Possibbiltà ta’ evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ linji gwida adottati preċedentement mill-Kummissjoni

(Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, Artikoli 1 u 4; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 8/02, punt 46)

(ara l-punti 92-96, 106)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – L-ewwel kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark – Settur tal-kabotaġġ marittimu – Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Bżonn reali ta’ servizz pubbliku – Portata – Obbligu tal-awtoritajiet nazzjonali li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ assenza ta’ inizjattiva privata

(Artikolu 107(1)TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, Artikoli 1 u 4)

(ara l-punti 98-101)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – L-ewwel kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark – Settur tal-kabotaġġ marittimu – Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Distinzjoni bejn servizz bażiku u servizz komplementari – Assenza ta’ bżonn reali ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizz komplementari

(Artikolu 107(1)TFUE)

(ara l-punti 110-117, 119-124, 127-129, 134, 135, 138, 141, 147, 156, 157, 161, 162, 168, 175)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – Ir-raba’ kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark – Proċedura ta’ kuntratt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat li kapaċi jipprovdi s-servizzi inkwistjoni bl-inqas spejjeż għall-awtorità muniċipali – Portata

(Artikolu 107(1)TFUE)

(ara l-punt 178)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (ĠU 2013, L 220, p.20).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.