Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-603/13) 1

(“Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Talba mill-Kummissjoni għal elementi ta’ informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet Belġjani – Ittra ta’ informazzjoni lir-rikorrenti dwar din it-talba – Att li jista’ jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u M. van Beek, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2013, li titlob informazzjoni addizzjonali lill-amministrazzjoni doganali u tas-sisa Belġjana, u tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-istess jum, li tinforma lir-rikorrenti b’din it-talba u bis-sospensjoni tat-terminu għall-ipproċessar skont l-Artikolu 907 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), u, min-naħa l-oħra, talba sabiex jiġi deċiż li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 pproduċa l-effetti tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Ir-rikorrenti, Firma Léon Van Parys, għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.