Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2007 - Wolfgang A. Mandt vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-45/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Wolfgang A. Mandt (Kreuztal, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Kolb)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta' Frar 2007 li tnaqqas il-pensjoni ta' armel tar-rikorrent b'50 %,

tikkundanna lill-konvenut iħallas retroattivament lir-rikorrent, mill-1 ta' April 2006, 50 % iżjed tal-pensjoni ta' armel tal-mejta martu Gisela Neumann u jkompli jħallas dan l-ammont kull xahar.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew naqqas b'50 % l-pensjoni ta' armel li r-rikorrent jibbenefika minna bħala armel ta' Gisela Neumann, billi invoka n-nuqqas ta' rikonoxximent tas-sentenza Belġjana ta' divorzju maqtugħha fl-1995 li tirrigwarda l-mejta martu fir-rigward ta' l-ewwel raġel tagħha, li saret res judicata.

Ir-rikors sar kontra n-nuqqas ta' rikonoxximent ta' din is-sentenza u kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/22003 tas-27 ta' Novembru 2003. Ir-rikorrent isostni li huwa l-uniku "konjuġi sopravissut", għaliex iż-żwieġ tiegħu mal-mejta huwa legalment validu (Artikolu 18 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal).

____________