Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 – TVR Automotive vs UASI – TVR Italia (TVR)

(Kawża T-398/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : TVR Italia Srl (Milan, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 823/2011-2;

tiċħad l-appell ippreżentat minn TVR Italia Srl fl-14 ta’ April 2013 kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2011, B 313 248;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut, l-UASI, u lil TVR Italia Srl, li interveniet fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: TVR Italia Srl

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “TVR ITALIA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 25 u 37 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 699 954Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja “TVR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11, 12, 25 u 41Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħudaMotivi invokati:–    ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;–    ksur tal-prinċipji ta’ res iudicata u ta’ ne bis in idem kif ukoll tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009.