Language of document : ECLI:EU:T:2015:670





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2015 –
L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA)

(Kawża T‑400/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali AINHOA – Trade marks Komunitarja u internazzjonali figurattivi preċedenti NOA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 2(a)(i) u (iii) u 53(1)(a)) (ara l-punti 13-16, 57)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 21, 27)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali AINHOA u trade marks figurattivi NOA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 35-48, 58, 59)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u (5) u 53(1)(a)) (ara l-punt 50)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(5) u 53(1)(a)) (ara l-punt 62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1643/2012‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L’Oréal u Cosmetica Cabinas, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.