Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-156/07 u T-232/07) 1

"Sistema lingwistika - Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta' amministraturi - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Emendi - Regolament Nru 1 - Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: Kawża T-156/07, F. Díez Moreno u, Kawża T-232/07, F. Díez Moreno u N. Díaz Abad, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, L. Escobar Guerrero u H. Krämer, sussegwentement minn J. Currall, H. Krämer u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent) (Kawżi T-156/07 u T-232/07); u r-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Vodina u M. Michelogiannaki, aġenti) (Kawża T-156/07)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/94/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), u, min-naħa l-oħra, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi fil-qasam tal-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni) (ĠU 2007, C 103 A, p. 7).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 140, 23.06.2007.