Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Frar 2013 - Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' qafas ottagonali aħdar)

(Kawża T-263/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta qafas ottagonali aħdar - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7 (1)(b)u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Produzzjoni ta' prova ppreżentata l-ewwel darba fir-replika - Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

- Trażmissjoni ta' dokument lill-UASI permezz ta' fax - Regoli applikabbli"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment K. Klüpfel u D. Walicka, sussegwentement K. Klüpfel u A. Pohlmann, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Marzu 2011 (Każ R 605/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta' Marzu 2011 (Każ R 605/2010-4) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.