Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-264/11 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Promozzjoni – Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2007 – Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell – Fastidju psikoloġiku – Terminu raġonevoli – Talba għal annullament – Talba għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011, De Nicola vs BEI (F-59/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż li jannulla din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011, De Nicola vs BEI (F-59/09), hija annullata, sa fejn hija tiċħad, minn naħa, it-talbiet ta’ C. De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u, min-naħa l-oħra, it-talbiet tiegħu intiżi għal kumpens għad-danni allegati minħabba fastidju li allegatament wettaq il-BEI fil-konfronti tiegħu.

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

Din il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 ĠU C 211, 16.07.2011.