Language of document :

Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fil-11 ta Novembru 2020 – Silvana Moro et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-593/20 SA)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Silvana Moro, Isabella Venturini, Stefania Venturini, Mario Matta, Marzio Francesco Matta, Massimo Matta, Paola Cotozzoni (rappreżentant: S. Colledan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talba

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sens u għall-effetti tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 7, dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 202, p. 266), li jiġu awtorizzati jipproċedu b’mandat ta’ qbid fir-rigward tal-fondi allokati u li ser jiġu allokati mill-Kummissjoni Ewropea favur ir-Repubblika tas-Serbja, sakemm jiġi ssodisfatt b’mod sħiħ id-dritt ta’ kreditu tagħhom.

____________