Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Novembru 2020 – Reprensus GmbH vs S-V Pavlovi Trejd EOOD

(Kawża C-591/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Reprensus GmbH

Konvenut: S-V Pavlovi Trejd EOOD

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt hija stabbilita għal rikors għad-danni fejn ir-rikorrent ġie mġiegħel jikkonkludi kuntratt ta’ bejgħ u jħallas il-prezz ta’ xiri permezz ta’ aġir frawdolenti?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.