Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2014 – Vassiliou vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-151/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Costas Vassiliou (Palmier, il-Kongo) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrent skont l-Artikolu 268 TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li bl-aġir tagħhom il-konvenuti ċaħħduha mill-flus fil-kont tagħha għaliex dawn induċew l-impożizzjoni prematura ta’ għodda ta’ rikapitalizzazzjoni mal-bank tagħha bħala parti mill-kundizzjonijiet marbuta ma’ għajnuna finanzjarja mogħtija lil Ċipru fis-26 ta’ April 2013 skont l-Artikolu 13 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà tal-2012 b’dan il-mod: a) il-konvenuti “injoraw manifestament u serjament il-limiti” tas-setgħat tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-UE skont l-Artikolu 136(3) TFUE; b) ċedew illegalment il-kontroll effettiv tal-funzjonijiet tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-UE; ċ) induċew impożizzjoni prematura ta’ għodda ta’ rikapitalizzazzjoni fuq depożiti ma’ Bank of Cyprus u ma’ Cyprus Popular Bank li ma kinux ġew implementati fil-liġi tal-UE; d) induċew restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ flus li jipprekludu lid-detenturi tad-depożitu milli jiġbdu u/jew jittrasferixxu l-fondi tagħhom lejn istituzzjonijiet iktar siguri; u e) għamlu dan bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza u tad-drittijiet tal-bniedem.