Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-155/14) 1

[“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006) – Proġetti Persona u Terregov – Spejjeż eliġibbli – Rimbors ta’ ammonti mħallsa – Kontrotalba – Interessi moratorji]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, S. Paliou u A. Skoulikis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u P. Arenas, aġenti, assistiti minn O. Lytra, avukat)

Suġġett

Talbiet, ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE, bil-għan, minn naħa, l-ewwel nett, li t-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tas-sussidji mħallsa lir-rikorrenti skont il-Ftehimiet Nru 045459, “Spazji perċettivi għal promozzjoni ta’ anzjanità indipendenti” u Nru 507749, “L-impatt tal-governanza elettronika fuq is-servizzi ta’ amministrazzjonijiet territorjali”, konklużi taħt is-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006) tiġi ddikjarata infondata, u, it-tieni nett, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas il-bilanċ tas-sussidji mhux imħallsa taħt l-ewwel wieħed minn dawn il-ftehimiet, kif ukoll, min-naħa l-oħra, li tikkundanna lir-rikorrenti, fuq il-bażi ta’ kontrotalba, għar-rimbors tas-sussidji indebitament imħallsa fil-kuntest tal-imsemmija ftehimiet.

Dispożittiv

Ir-rikors ippreżentat minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias huwa miċħud.

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 606 570.61, li tikkorrispondi għar-rimbors tal-kontribuzjonijiet finanzjarji li bbenefikat minnhom taħt il-Ftehimiet Nru 045459, “Spazji perċettivi għal promozzjoni ta’ anzjanità indipendenti” u Nru 507749, “L-impatt tal-governanza elettronika fuq is-servizzi ta’ amministrazzjonijiet territorjali”, konklużi taħt is-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006), inklużi l-interessi moratorji mit-3 ta’ Mejju 2014, bir-rata ta’ 3.75%.

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 175, 10.6.2014.