Language of document : ECLI:EU:T:2016:246





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑154/14)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Proġetti Perform u Oasis – Spejjeż eliġibbli – Rimbors tas-somom imħallsa – Kontrotalba – Interessi moratorji”

1.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Stabbiliment ta’ rapport ta’ awditu mill-Kummissjoni – Rapport ta’ awditu li ma jikkostitwixxix dokument preparatorju ta’ att li jikkawża preġudizzju – Inapplikabbiltà tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tad-dritt għal smigħ (Artikoli 288 TFUE u 299  TFUE) (ara l-punti 58-60)

2.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament sostnuti – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Tqassim tal-oneru tal-prova (Artikolu 317 TFUE) (ara l-punti 67-69, 124, 125)

3.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament irrispettivament mill-ispejjeż effettivament sostnuti –Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Spejjeż ta’ persunal – Nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu li jiġu prodotti dikjarazzjonijiet ta’ ħin ta’ xogħol affidabbli sabiex jiġu ġġustifikati l-ispejjeż tal-persunal iddikjarati fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ ftehimiet – Spejjeż ineliġibbli (ara l-punti 84-94)

4.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament irrispettivament mill-ispejjeż effettivament sostnuti – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Awditu finanzjarju stabbilit mill-Kummissjoni – Rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni mitluba mill-awdituri – Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ għoti tal-għajnuna (ara l-punti 106-116)

5.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament irrispettivament mill-ispejjeż effettivament sostnuti – Proċedura mibdija mill-Kummissjoni fl-irkupru ta’ antiċipi magħmula fil-kuntest tal-għajnuna – Talba ta’ rkupru li jirriżulta mill-istipulazzjonijiet tal-ftehimiet – Inapplikabbltà tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara l-punt 130)

6.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament irrispettivament mill-ispejjeż effettivament sostnuti – Proċedura mibdija mill-Kummissjoni fl-irkupru ta’ antiċipi magħmula fil-kuntest tal-għajnuna – Teħid inkunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet ta’ rapport ta’ awditu finali (ara l-punt 138)

Suġġett

Talbiet, skont l-Artikolu 272 TFUE, intiżi, minn naħa, l-ewwel nett, sabiex tiġi ddikjarata infondata t-talba tal-Kummissjoni intiża għar-rimbors tas-sussidji mħallsa lir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-ftehimiet nru 215754 “Arkitettura miftuħa għas-servizzi aċċessibbli, għall-integrazzjoni u għall-istandardizzazzjoni”, u nru 215952, “Sistema multiparametrika kumplessa għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettivi u kontinwi tal-kapaċità ta’ moviment fil-każijiet tal-marda Parkinson u ta’ mard ieħor li jikkawża deġenerazzjoni newroloġika”, konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), u, it-tieni nett, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-bilanċ tas-sussidji mhux imħallsa skont dawn il-ftehimiet, kif ukoll, min-naħa l-oħra, sabiex ir–rikorrenti tiġi kkundannata, skont kontrotalba, għar-rimbors tas-sussidji indebitament imħallsa fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias huwa miċħud.

2)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 650 625,37, li tikkorrispondi mar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li hija bbenefikat minnhom skont ftehimiet nru 215754 “Arkitettura miftuħa għas-servizzi aċċessibbli, għall-integrazzjoni u għall-istandardizzazzjoni”, u nru 215952, “Sistema multiparametrika kumplessa għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettivi u kontinwi tal-kapaċità ta’ moviment fil-każijiet tal-marda Parkinson u ta’ mard ieħor li jikkawża deġenerazzjoni newroloġika” konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), miżjuda bl-intersssi moratorji kkalkolati mit-3 ta’ Mejju 2014, bir-rata ta’ 3.75 %.

3)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.