Language of document : ECLI:EU:T:2016:245





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑155/14)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006) – Proġetti Persona u Terregov – Spejjeż eliġibbli – Rimbors ta’ ammonti mħallsa – Kontrotalba – Interessi moratorji”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt suġġett għad-dritt nazzjonali – Applikabbiltà ta’ dritt nazzjonali sostantiv – Inapplikabbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ġurisdizzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-provi dwar id-dritt sostantiv (Artikolu 272 TFUE) (ara punti 39-47)

2.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Assistenza finanzjarja mill-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Stabbiliment ta’ rapport ta’ awditu mill-Kummissjoni – Rapport ta’ awditu ma jikkostitwix dokument preparatorju ta’ att li jikkawża preġudizzju – Inapplikabbiltà tal-prinċipju tal-kuntradittorju u tad-dritt għal smigħ xieraq (Artikolu 288 TFUE u 299 TFUE) (ara punti 54-56)

3.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Assistenza finanzjarja mill-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament minfuqa – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Tqassim tal-oneru tal-prova (Artikolu 317 TFUE) (ara punti 65-67, 122, 123)

4.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Assistenza finanzjarja mill-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament minfuqa – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Spejjeż tal-persunal ‑ Nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu li jiġu prodotti rapporti ta’ ħin ta’ ħidma affidabbli sabiex jiġu ġġustifikati l-ispejjeż ta’ persunal iddikjarati għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet – Spejjeż ineliġibbli (ara punti 82-92)

5.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Assistenza finanzjarja mill-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament minfuqa – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Awditu finanzjarju stabbilit mill-Kummissjoni – Rifjut li jingħata aċċess għal informazzjoni mitluba mill-awdituri – Ksur tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna (ara punti 103-113)

6.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Assistenza finanzjarja mill-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament minfuqa – Proċedura mibdija mill-Kummissjoni sabiex jiġu rkuprati ħlasijiet magħmula fil-kuntest ta’ għajnuna – Talba għal irkupru li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet – Inapplikabbiltà tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara punti 127)

7.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Assistenza finanzjarja mill-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament minfuqa – Proċedura mibdija mill-Kummissjoni sabiex jiġu rkuprati ħlasijiet magħmula fil-kuntest ta’ għajnuna – Teħid inkunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet ta’ rapport ta’ awditu finali (ara punt 135)

Suġġett

Talbiet, ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE, bil-għan, min-naħa, l-ewwel nett, li t-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tas-sussidji mħallsa lir-rikorrenti skont il-Ftehimiet Nru 045459, “Spazji perċettivi għal promozzjoni tal-anzjanità indipendenti” u Nru 507749, “L-Impatt tal-governanza elettronika fuq is-servizzi ta’ amministrazzjonijiet territorjali”, konklużi taħt is-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006) tiġi ddikjarata infondata, u, it-tieni nett, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas il-bilanċ tas-sussidji mhux imħallsa taħt l-ewwel wieħed minn dawn il-ftehimiet, kif ukoll, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti tiġi kkundannata, fuq il-bażi ta’ kontrotalba, għar-rimbors tas-sussidji indebitament imħallsa fil-kuntest tal-imsemmija ftehimiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn ANKO AE Antiproposopeion, Emporiou kai Viomichanias huwa miċħud.

2)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 606 570.61, li tikkorrispondi għar-rimbors tal-kontribuzjonijiet finanzjarji li bbenefikat minnhom taħt il-Ftehimiet Nru 045459, “Spazji perċettivi għal promozzjoni ta’ anzjanità indipendenti” u Nru 507749, “L-impatt tal-governanza elettronika fuq is-servizzi ta’ amministrazzjonijiet territorjali”, konklużi taħt is-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002-2006), flimkien mal-interessi moratorji mit-3 ta’ Mejju 2014, bir-rata ta’ 3.75%.

3)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.